Friday, 2 June 2017
BIL-FILMAT: Mark jitgħallem isuq Xarabank!
Din is-sena Xarabank għalaq għoxrin sena u għall-okkażjoni Mark ta’ Xarabank iddeċieda li jitgħallem kif isuq Xarabank.
Kif se taraw fil-filmat, Mark bakkarlu kmieni biex imur Ħal Far għall-ewwel lezzjoni tiegħu biex jitgħallem kif għandu jsuq tal-linja mingħand Carmel ta’ Malta Public Transport. Kif tistgħu taraw mhux li kemm tgħid ħa ssuq il-karozza tal-linja għax qabel Mark kellu jilbes ġakkettina, jimla formula li x-xufiera jimlew kuljum qabel jibdew il-ġurnata tax-xogħol tagħhom u jiċċekka jekk il-karozza għandhiex xi difetti.
Araw ftit kif mar Mark fl-ewwel lezzjoni tiegħu…
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment