L-Arċisqof Charles J. Scicluna mar jivvota f'Ħal Lija dalgħodu, għall-ħabta ta' nofsinhar.
Dalgħodu marru jivvutaw l-ogħla awtortitajiet ta' pajjiżna fosthom l-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna, il-President ta' Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Kien f'nofsinhar li l-Mexxej tal-Knisja mar jivvota f'Ħal Lija. Ftit qabel il-Prim Ministru Joseph Muscat mar jivvota f'Burmarrad u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil mar jivvota f'Ħal Lija wkoll.
Id-data tal-elezzjoni tħabbret mill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fl-1 ta' Mejju, disa' xhur qabel tmiem il-leġiżlatura. Fl-2013, il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali b'maġġoranza ta' 36,000 vot.
Ritratti: Andrew Borg Carbott
Filmat u Muntaġġ: Matthew Vassallo
Filmat u Muntaġġ: Matthew Vassallo
No comments:
Post a Comment