Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti qabel ma jibda Xarabank li se jsir b'risq id-Dar tal-Providenza.

B'iktar minn 95 personalità, f'Xarabank se jsir spettaklu bis-sehem ta' diversi kantanti, membri parlamentari u atturi minn diversi drammi Maltin fosthom minn La Tħobbnix, Santa Monica, Intriċċi, Ta' Taħt Fuq, Inkwilini, Divison 7, Ħbieb u Għedewwa, Klassi Għalina, Manwel, Tereża, Division 8 u Strada Stretta.
Barra minn hekk, waqt il-programm se jintwerew diversi filmati li fihom se naraw għal xiex u għal min qegħdin niġbru.

Jekk tixtieq tagħti donazzjoni, tista' ċċempel fuq 51702012 biex tagħti donazzjoni ta' €15, jew 51802013 biex tagħti donazzjoni ta' €25, jew inkella ibgħat messaġġ fuq 50618944 biex tagħti donazzjoni ta' €6.99.
U jekk trid tagħti pleġġ ta' €300, €500 jew ta' iktar minn €500 tista' ċċempel fuq 21249200.







Ritratti: Mark Laurence Zammit
No comments:
Post a Comment