Wednesday, 28 June 2017
FILMAT: Insellmu lil Pietru Pawl Busuttil b'feature li kien sar f'Xarabank
Dalgħodu tħabbar li miet Pietru Pawl Busuttil, fl-età ta' 73 sena. Miet fl-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo wara li kien ilu xi żmien jiġġieled il-kanċer.
Pietru Pawl Busuttil kien ir-raġel li lura f'Diċembru tal-1986 ġie ffrejmjat mill-Pulizija għall-qtil ta' Raymond Caruana. Il-Pulizija marru jħabbtulu d-dar u qalulu biex joħodhom fir-razzett tiegħu. Hemmhekk kienu ġew moħbijin il-machine gun li ntużat fil-qtil ta' Raymond Caruana u ammont ta' kannabis, flimkien ma' boiler suit u xi bullets. Dawn l-oġġetti kienu tpoġġew hemm minn persuni oħra biex meta l-Pulizija jsibuhom, jeħel Pietru Pawl Busuttil għall-qtil ta' Raymond Caruana.
Raymond Caruana kien ġie maqtul xi jiem qabel meta kien qiegħed ġol-każin tal-Partit Nazzjonalista tal-Gudja għal riċeviment, u mit-triq għaddiet karozza li minnha ġew sparati diversi tiri lejn il-każin. Tir minnhom kien laqat lil Raymond Caruana u qatlu fuq il-post.
Ftit wara l-Qorti kienet sabet lil Pietru Pawl Busuttil kompletament innoċenti u ordnat li jingħata kumpens ta' Lm40,000. Ir-reat għadu mhux solvut sal-lum il-ġurnata.
Pietru Pawl Busuttil dam iservi bħala sindku ta' Ħal Safi għal 18-il sena.
Dan kien feature li għamilna f'Xarabank u li jirrakkonta l-istorja kollha ta' Pietru Pawl Busuttil:
Ritratt tal-qoxra: Pietru Pawl Busuttil flimkien mal-avukat tiegħu Guido de Marco, mumenti wara li l-Qorti ddikjaratu innoċenti.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment