best deal

Wednesday, 28 June 2017

"Fuq tal-linja kont noħroġ live fuq Facebook u ġieli qgħadt nimita" - Ryan Calleja


Ryan Calleja huwa partiċipant ieħor li daħal għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-Malta Public Transport. Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru. Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.




"Kienet sfida għax kont drajt immur ix-xogħol bil-karozza tiegħi imma la dħalt għaliha, ilqajt din l-isfida." Iżied jgħid li ħassu mar tajjeb imma kien qed jaħsiblu kmieni biex żgur jasal fil-ħin. Ryan għamel użu ġmielu mill-karozza tal-linja u jgħid: "Kien hemm ġranet li qbadtha 8 darbiet il-karozza tal-linja u ġieli anke aktar." Ryan mar diversi postijiet, fosthom Ħal Għaxaq, San Ġiljan, Raħal Ġdid, il-Belt imma ddeċieda wkoll li jmur sa Għawdex b'tal-linja minn Birżebbuġa u lura.




Ryan mhux qed jara l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li wieħed jagħżel il-karozza tal-linja jew dik personali imma: "F'din l-isfida iktar esplorajt... pereżempju rajt kemm ix-xufiera huma minn tagħna u min-naħa tiegħi indunajt kemm inħossni komdu li nimxi dik il-mixja filgħodu għall-arja friska."


Ryan huwa fan kbir ta Claudia Faniello tant li tela' magħha għall-Eurovision Song Contest ta' din is-sena meta rebħet bil-kanzunetta Breathlessly. Ryan huwa attur bravu ħafna: "Inħobb nirreċta u anke nimita lill-atturi tal-programm Min Imissu." Barra minn hekk, Ryan irnexxielu jieħu ritratt mal-kantanta internazzjonali Nicole Scherzinger u għandu aktar popolari fosthom ma' Enrique Iglesias.


Ritratt: Ryan ma' Claudia



Ritratt: Ryan ma' Nicole Scherzinger


Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għadda minnhom Ryan matul dik il-ġimgħa li għamel l-isfida. U jekk tixtieq li Ryan jirbaħ din l-isfida tista' tivvutalu billi ċċempel fuq 52202052 minn linja fissa jew mill-mowbajl. Il-linji huma miftuħin diġà! Kull telefonata tiswa €0.75c. Importanti li wieħed qabel jieħu permess mingħand is-sid tat-telefown.

No comments:

Post a Comment