It-tifla żgħira li għall-ewwel darba rebbħitna l-Junior Eurovision Song Contest jidher li m'għadhiex żgħira daqskemm naħsbuha, u dan joħroġ ċar mis-single il-ġdida u l-music video li ħarġet dal-weekend!
Il-kantanta brava Maltija Gaia Cauchi ħarġet il-kanzunetta Hey Hello, li titratta l-ewwel imħabbiet ta' meta nkunu għadna żgħar.
"After a very long break, this is my first original song," stqarret Gaia stess fuq il-paġna uffiċjali tagħha ta' Facebook. Il-kanzunetta u l-music video damu aktar minn sena biex inħadmu, u l-kliem inkiteb mill-Muxu, filwaqt li l-mużika nkitbet minn Cyprian Cassar.
"Ridna noħorġuha fil-bidu tas-Sajf peress li għandha tema tal-baħar," qalet Gaia f'kummenti li tat lill-media meta nediet il-kanzunetta.
Fil-music video jidhru wħud mill-ħbieb tal-qalb ta' Gaia, fosthom il-kantant u mużiċist żagħżugħ Andy Shaw, li fil-music video għandu l-parti tal-ġuvni li tiffansja Gaia u li ltaqgħet miegħu ħdejn il-baħar.
Issa aħna nifhmu li n-nies li hemm fil-music video huma atturi imma aħna għamilna naqra riċerka u sirna nafu li Gaia u Andy ta' spiss iqattgħu ħin flimkien, għaliex ġieli anke jkantaw flimkien. U allura ġietna l-kurżità u staqsejna lil Gaia jekk hemm xi tip ta' spark bejnha u bejn Andy fil-ħajja reali!
"Le le...I love him as friends...xejn iktar!" qaltilna Gaia b'ħeġġa partikolari, donnha biex tħassar kull tip ta' xniegħa li tista' tinqala'!
Minn qalbna nawguraw lil Gaia kull suċċess u m'għandniex dubju li din il-kanzunetta se nisimgħuha ħafna matul dan is-Sajf.
Ritratti: Johan Mifsud
Music Video: Three Wise Men Media
![]() |
Gaia u Andy |
Ritratti: Johan Mifsud
Music Video: Three Wise Men Media
This comment has been removed by the author.
ReplyDeleteWow prosit keep it up 😉
Delete