best deal

Wednesday, 7 June 2017

"Il-karozza tagħna kienet ħdejn il-karozza li ħadet in-nar" - il-preżentatriċi tan-NET Lisa Spiteri

Ritratt: Il-karozza li nqerdet bin-nirien
Aktar kmieni llum kien hemm karozza f'Tas-Sliema li ħadet in-nar. U karozza li kienet qrib il-vettura li nqerdet f'Tas-Sliema hija l-karozza tal-personalità u preżentatriċi ta' NET News Lisa Spiteri.

Aħna tkellimna ma' Lisa ftit mumenti wara li sabet il-karozza tagħha maħruqa. Ma' Xarabank Lisa tispjega kif kienet Tas-Sliema u kienu qed jieklu meta rċeviet telefonata.

"Ċemplulna l-Pulizija u qalulna li kien hemm inċident li fih kien hemm involuta l-karozza tagħna." Tistqarr li meta marru fuq il-post sabu li l-karozza ħadet in-nar: "Sibna li l-karozza li ħadet in-nar kienet eżatt ħdejna u sfortunatament, tagħna ġarrbet xi ħsarat ukoll."
Lisa Spiteri (Ritratt: Albert Camilleri)
L-inċident seħħ f'parkeġġ ewlieni fi Triq il-Kbira għall-ħabta tas-14:30, meta sid il-karozza pprova jisstartja l-karozza u ħadet in-nar. Id-dħaħen tant kienu qawwija li nfirxu f'erba' sulari u n-nies li kellhom il-vetturi tagħhom ipparkjati fil-parkeġġ ma tħallewx jidħlu.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni !ivili biex jikkontrollaw in-nirien.
Ritratt tal-faċċata: Newsbook

No comments:

Post a Comment