Romina Geriwa hija partiċipanta oħra li daħlet għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-Malta Public Transport. Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru. Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.
Xarabank tkellem ma' Romina li sabet din l-isfida kemxejn diffiċli minħabba l-ħin: "Kienet naqra diffiċli minħabba l-ħin għax ikollok tiġġieled kontrih meta trid tmur għax-xogħol u jkollok l-appuntamenti." Però Romina sabet problemi oħra, fosthom il-mixi u l-ostakli li ltaqgħet magħhom fit-triq: "Mort bit-tfal għand oħti, u aħna u ġejjin lura kellna nieqfu l-Park and Ride, u sakemm wasalna Ħal Qormi ltqajna ma' ħafna wirdien u tista' timmaġina kemm ġrejna u għajjatna":
Però ssemmi s-sabiħ li tirkeb tal-linja: "Fuq tal-linja stajt ingawdi l-veduta, norqod u nqum! Barra minn hekk, ma ħabbiltx rasi biex nipparkja u ma kellix għalfejn inħallas għall-parkeġġ."
Romina daret mhux ħażin f'din l-avventura fosthom il-Belt, Wied il-Għajn, ix-Xgħajra u marret ukoll l-avvenniment ta' Earth Garden u dakinhar marret lura lejn darha fis-02:00am b'tal-linja!
Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għaddiet minnhom Romina matul dik il-ġimgħa li għamlet l-isfida. U jekk tixtieq li Romina tirbaħ din l-isfida tista' tivvutalha billi ċċempel fuq 52202058 minn linja fissa jew mill-mowbajl. Il-linji huma miftuħin diġà! Kull telefonata tiswa €0.75c. Importanti li wieħed qabel jieħu permess mingħand is-sid tat-telefown.
No comments:
Post a Comment