Din ta' hawn fuq hija Triq San Luqa, Gwardamangia - it-triq tal-Uffiċċju ta' Xarabank. U dan mhux ritratt li ħadna aħna. Din it-triq sibnieha u nżilna fiha minn fuq il-Google Street View, li issa qiegħed Malta wkoll!
Il-kumpanija Google bdiet il-Google Street View disa' snin ilu. U li għamlu kien li marru f'kull triq tad-dinja u ħadulha ritratt. Ir-ritratti kollha għaqqduhom flimkien u b'hekk ħolqu l-faċilità li meta tidħol fuq Google Maps, mhux biss tkun tista' tara d-dinja mill-ajru, imma tkun tista' anke tinżel fit-toroq u ddur ġo fihom.
Fix-xhur li għaddew kien hawn karozza tal-Google, bħal din ta' hawn fuq, iddur madwar Malta u Għawdex armata b'kamera fuq is-saqaf tagħha tieħu r-ritratti apposta għal dan il-proġett.
![]() |
Ritratt: timesofmalta.com |
No comments:
Post a Comment