best deal

Tuesday, 27 June 2017

"Ma rridx nistenna fit-traffiku" - Manwela Schembri


Manwela Schembri hija partiċipanta oħra li daħlet għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-Malta Public Transport. Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru. Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.


Manwela ma ddejqet xejn li għal dik il-ġimgħa warrbet il-karozza tagħha, u nqdiet bit-trasport pubbliku għax rat ħafna vantaġġi: "Ħassejtni veru komda għax iffrankajt il-flus u ma rridx nagħti petrol lill-karozza tiegħi, li hija waħda li veru taħli." Barra minn dan, Manwela tispjega li b'tal-linja kellha ċ-ċans li tgawdi x-xenarju u kif ma riditx tistenna fit-traffiku: "Minħabba li l-karozza tibqa' għaddejja mill-bus lane, evitajt ħafna traffiku."

Hija marret f'diversi postijiet b'tal-linja fosthom il-Belt, il-Kalkara u Ħaż-Żabbar: "Daqqa qbadt erba' karozzi u daqqa qbadt sitta. Mhux dejjem l-istess." Manwela beħsiebha terġa' tagħmilha din l-esperjenza minkejja li l-isfida għaddiet: "Nerġa' nagħmilha imma mhux kuljum."

Manwela tgħidilna ftit dwarha u tispjegalna li llum tħoss li ħliet ħafna żmien f'ħajjietha, imma l-aħħar disa' snin tqishom bħala l-aħjar żmien għax bdiet terġa' tgħix mill-ġdid: "Bdejt nagħmel l-arti marzjali, nieħu sehem f'fashion shows, inkanta u anke npitter." Manwela tirrakkontalna kif meta kienet żgħira falliet ħafna ġranet mill-iskola biex tgħin lil ommha u lil missierha iżda bid-determinazzjoni tagħha reġgħet bdiet tistudja: "Ta' 43 sena erġajt bdejt kollox mill-ġdid, qisni minn form 1 u rnexxieli nġib 3 O Levels u issa nixtieq li nistudja l-arti fl-Università."



Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għaddiet minnhom Manwela matul dik il-ġimgħa li għamlet l-isfida. U jekk tixtieq li Manwela tirbaħ din l-isfida tista' tivvutalha billi ċċempel fuq 52202060 minn linja fissa jew mill-mowbajl. Il-linji huma miftuħin diġà! Kull telefonata tiswa €0.75c. Importanti li wieħed qabel jieħu permess tas-sid tat-telefown.

No comments:

Post a Comment