best deal

Monday, 19 June 2017

"Ma stajtx nipparkja f'parkeġġ tad-diżabilità għax poġġew generator"


Mara li għandha l-blue badge marret biex tipparkja f'parkeġġ tad-diżabilità fit-triq ta' maġenb Kastilja u sabitu okkupat minn generator. Il-mara ċemplet l-uffiċċju tagħna u lmentat li dan huwa l-uniku parkeġġ tad-diżabilità hemmhekk u ħasset li din hija inġustizzja fuq persuni b'diżabilità.
Il-mara jisimha Ċettina u l-każ seħħ il-ġimgħa l-oħra. Ċettina rrakkontatilna li dakinhar stess avviċinat pulizija li kien għassa qrib Kastilja u lmentat miegħu dwar din is-sitwazzjoni.

"Meta għedtlu l-istorja tani r-raġun imma qalli li ma jafx jekk kienx hemm permess biex dak il-generator jitpoġġa hemm," qalet Ċettina. "Qalli li se jiċċekkja mal-għassa tal-Belt, imma bqajt ma smajt xejn."

Ċettina qed tinsisti li anke kieku kien hemm permess biex dak il-generator jitpoġġa hemmhekk, mhuwiex sew li nħareġ permess bħal dak, għax mhuwiex sew li minn tant parkeġġi, jokkupaw l-uniku spazju għall-persuni b'diżabilità.

"Inħossni mnikkta l-aktar għal dawk il-persuni li huma agħar minni, nies li jużaw is-siġġu tar-roti pereżempju," kompliet tgħidilna Ċettina. "U hija tal-mistħija li fi pjazza kbira bħal dik hemm parkeġġ wieħed biss għal persuni b'diżabilità."

Ritratt: Times of Malta

No comments:

Post a Comment