Deanna tirrakkontalna esperjenza li ħalliet impatt fuq
ħajjitha: "Kont għadni żgħira meta ġrat din l-istorja. Fit-triq kien hemm
raġel mimli rabja jinsisti li ried jara lit-tarbija li kellu u li s-sieħba ma
kinitx ħallietu jaraha. Mimli rabja u emozzjoni dan ir-raġel beda jiġri
b’sikkina f’idejh u jħabbat il-bibien forsi xi ħadd jiftaħlu ħa jitla' fuq xi
bejt u jaqbeż il-bjut biex jinżel għas-sieħba u jara t-tarbija. Ġara li n-nannu
tiegħi, li kien joqgħod fit-triq tagħna, beda tiela' t-taraġ u jiltaqa' ma' dan
ir-raġel bis-sikkina f'idu fuq il-bejt. Kien jafu għax kienu ġirien imma dak
il-ħin dan ir-raġel ta 10 daqqiet ta’ sikkina lin-nannu tiegħi. Mhux hekk biss
iżda refa' lin-nannu mimli demm, poġġieh ġot-tarf taċ-ċint u beda jhedded li
jekk mhux se jħalluh jara lit-tarbija kien se jitfa' lin-nannu għal isfel
tliet sulari. F’dan il-mument drammatiku pulizija minn isfel spara u laqat lir-raġel li miet fuq il-post. Fortunatament in-nannu minn fuq iċ-ċint waqa' 'l gewwa u ma waqax għal isfel. Illum in-nannu għandu 87 sena u Alla jbierku, iżda dawk ix-xeni li rajt ma nista' ninsiehom qatt. Kienet trawma fi tfuliti. Nixtieq nagħmilha ċara li jien m'għandi xejn kontra din
il-familja għax nemmen li din setgħet tiġri lil kulħadd u jiena ma kontx
fiż-żarbun ta' din il-familja."
![]() |
Ritratt: Deanna man-nannu |
Xarabank tkellem ma' Deanna waqt li kienet qed tagħmel din
l-isfida u qaltilna li affettwatha b'mod tajjeb din l-esperjenza għaliex saret
iktar kalma. Dan għaliex iffrankat li toqgħod tinkwieta fuq it-traffiku, jew
mil-liema toroq se tgħaddi, u ffrankat il-problema tal-parkeġġ.
"Għall-bidu ħsibt li se tkun iktar diffiċli imma wara t-tieni
ġurnata ħassejtni aħjar. Affettwatni wkoll biex inkun iktar kalma minħabba li
kont qed nipprepara l-affarijiet minn qabel," qaltilna Deanna.
Minkejja li tal-linja sabitha tajba, ammettiet li kellha mumenti
diffiċli wkoll, għax kellha tippjana l-ġurnata minn ħafna qabel, u ma kellhiex
il-lussu li taqbad u titlaq bil-karozza. Fil-fatt f'dik il-ġimgħa, Deanna qamet
kmieni kuljum biex tħejji għall-ġurnata, bil-konsegwenza li kienet qed tkun
iktar għajjiena: "Minħabba li kien qed ikolli ħafna affarijiet wara xulxin,
kont qed inkun iktar għajjiena iżda fl-istess ħin nerġa' ngħid li din
l-esperjenza kkalmatni."
Qaltilna wkoll li waqt li kienet
qed tagħmel l-isfida, kienet qed tieħu l-affarijiet iktar bil-mod, billi
timxiha sal-istage, taqbad tal-linja bil-kwiet, fuq tal-linja setgħet taqra u
tuża l-mowajl "u jekk nasal ftit kmieni fejn ikolli mmur,
ġieli anke kont immur mixja."
"L-iktar
ħaġa stramba li ġratli hija li rnexxieli nqatta' aktar ħin ma' ommi. Għax is-soltu,
malli nasal id-dar mix-xogħol, kont noqgħod nilgħab bil-mowbajl. Imma issa, qed nidħol Facebook meta nkun fuq
tal-linja on the way mix-xogħol għad-dar u hekk,
meta nasal id-dar inkun nista' nwarrab il-mowbajl mal-ġenb u nqatta' aktar ħin
ma' ommi," qaltilna Deanna. "Kienet xi ħaġa li qatt ma mmaġinajt li
tista' tiġri."
Din l-esperjenza tant affettwatha
b'mod tajjeb li tgħidilna li qed tikkunsidra li fil-ġimgħat li ġejjin tibqa'
tuża l-karozza tal-linja għax-xogħol, però żżid tgħid wkoll li meta jkollha xi
affarijiet li jaħbtu eżatt wara x-xogħol se tuża l-karozza tagħha.
Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għaddiet minnhom Deanna matul dik il-ġimgħa li għamlet l-isfida. U jekk tixtieq li Deanna tirbaħ din l-isfida tista' tivvutalha billi ċċempel fuq 52202054 minn linja fissa jew mill-mowbajl. Il-linji huma miftuħin diġà! Kull telefonata tiswa €0.75c. Importanti li wieħed qabel jieħu permess mingħand is-sid tat-telefown.
No comments:
Post a Comment