
Ftit tal-jiem ilu seħħ l-attakk terroristiku f'Manchester propju waqt kunċert tal-artista Ariana Grande. L-artista wara l-attakk esprimiet id-dispjaċir tagħha lil dawk kollha affettwati tant li ddeċidiet li tagħmel kunċert ieħor li fih jiġbor ħafna artisti.
L-għan ta' dan il-kunċert huwa biex jinġabru flus għall-vittmi li sfortunatament ġew affettwati minn dan l-attakk terroristiku. Fil-fatt sakemm qed nippubblikaw dan l-artiklu nġabru aktar minn 200 elf dollaru b'risq dawn il-vittmi u apparti l-folla b'għexiren ta' nies li qed jaraw dan il-kunċert live hemm madwar 400 mitt elf jaraw dan il-kunċert fuq il-midja soċjali madwar id-dinja kollha.
Fost l-artisti li qed jieħdu sehem f'dan il-kunċert hemm, Justin Bieber, Katy Perry, Ariana Grande nnifisa, Coldplay, Miley Cyrus, Pharrell Williams, Take That, Little Mix, Robbie Williams, Black Eyed Peas u Niall Horan.
L-artisti kollha qed jgħaddu messaġġ wieħed messaġġ ta' sapport, messaġġ ta' mħabba, messaġġ ta' għaqda u fl-aħħar u mhux l-inqas messaġġ ta' unità li hija bla kulur u bla reliġjon.
No comments:
Post a Comment