best deal

Wednesday, 5 July 2017

BIL-FILMAT: "Ħadt grazzja magħha u fhimt l-istorja kbira tagħha"






















Raisa, 4 snin ilu tagħmel 9 xhur f'koma. B'għaġeb ta' kulħadd toħroġ mill-koma. Tiltaqa' ma' Daniel. Illum jinħabbu. Din hija l-istorja tagħha, tiegħu u tagħhom flimkien. 

Raisa żżomm mal-Juventus. Daniel ukoll iżomm mal-Juventus. Kif iltaqgħu Daniel u Raisa? "Iltqajna fl-1 ta' Frar li għadda, fil-ftuħ tal-klabb tal-Juventus fil-Marsa. Kien hemmhekk li jiena rajt lil Raisa u hi rat lili." Daniel sar jaf lil Raisa wara l-inċident tagħha u jistqarr magħna dan li għadda minn moħħu xħin raha dakinhar: "Malli rajtha għedt li ma' din il-persuna nixtieq li nibni ħbiberija."





Wara dakinhar, Daniel ifittex lil Raisa fuq Facebook. Bagħtilha request u aċċettatu. Bdew jitkellmu. Nibtet ħbiberija. F'Jum San Valentinu, Daniel itella' ritratt ta' iżola forma ta' qalb. Rais tiktiblu lura "All you need is love." U minn dakinhar il-ħbiberija nbidlet f'relazzjoni.





Jispjegalna kif wara ftehmu biex imorru jaraw logħba futbol fil-klabb tal-Juventus. Wasal dak il-jum, poġġew ħdejn xulxin u Raisa tieħu pjaċir meta ratu ġej: "Meta tfaċċajt ħadet gost għax ħasbet li se ngħaddiha biż-żmien u ma nitfaċċax iżda mhux talli ma ġarax hekk, talli minn dakinhar il-ħbiberija ta' bejnietna żviluppajnieha għal relazzjoni."




Daniel jgħidilna li meta jarawh fil-pubbliku ma' Raisa, ġieli jisma' xi nies jgħaddulu xi kumment żejjed u kif anke kien hemm min ipprova jħassarlu: "In-nies kien jsaqsuni jekk naf għal xiex dieħel jew għalfejn minn tant tfajliet għażilt lil Raisa, imma jiena ngħidilhom li nħobbha bla kundizzjoni u l-kundizzjoni tagħha ma tagħmel ebda differenza fl-imħabba li nħossu għal xulxin." Minbarra li l-imħabba tidher fl-għemil ta' Daniel, din tidher ukoll fil-kliem li bih jiddeskrivi lil Raisa: "Raisa hija intelliġenti u bniedma ta' kuraġġ. Minkejja dak kollu li għaddiet minnu, hija tagħti dawl lil ħaddieħor, u tħobb u tagħti kas lil persuni oħra."




Min-naħa l-oħra, Raisa tiddeskrivi l-laqgħa ta' bejniethom bħala waħda maġikali: "L-istorja tiegħi ma' Daniel insejħilha maġika għax iltqajna vera b'kumbinazzjoni. U Daniel għalija jfisser kollox." Ma jonqosx ukoll li Daniel jgħaddilha messaġġ ta' mħabba: "Lili ħa ssibni fit-tajjeb u fil-ħażin, u dejjem hemm għalik."


It-Tnejn li għadda, fl-ewwel programm ta' Tough Luck, Daniel li lagħab f'isem Raisa, fejn rebaħ l-għodda tal-kċina biex Raisa tkun tista' tagħmel il-kejkiet. Ara biċċa mill-programm tal-bieraħ u ara r-reazzjoni ta' Raisa malli rat li Daniel għażel it-teżor it-tajjeb.



No comments:

Post a Comment