Ftit jiem ilu l-kantant Malti Dario Mifsud Bonnici ħareġ vidjow mużikali għall-kanzunetta ta' James Arthur Safe Inside.
Dario interpreta din id-diska u taha laqta differenti għax ħass li l-kliem tagħha jista' jirrelata ħafna magħhom.
Ma' Xarabank Dario jistqarr li għażel din il-kanzunetta għaliex James Arthur huwa l-kantant favorit tiegħu. Madankollu, Dario jgħidilna wkoll li għażilha minħabba l-messaġġ qawwi li twassal din id-diska.
"James Arthur kiteb din il-kanzunetta għaliex meta kien żgħir ħa ħsieb lil oħtu ż-żgħira li ġiet abbandunata meta kienet għadha vera żgħira, minkejja li ma kellux idea kif se jaqdi r-rwol ta' missier," qalilna Dario. "Meta mbagħad bdew jgħixu 'l bogħod minn xulxin, James seta' jifhem l-inkwiet li jkollhom il-ġenturi meta jinfirdu minn uliedhom għaliex ġarrabha huwa stess."
Il-messaġġ tal-kanzunetta ħalla impatt fuq Dario tant li rrelata miegħu: "Ħassejt dak li ħass James Arthur għal oħtu, ma' ħija, li huwa iżgħar minni 11-il sena, u din il-kanzunetta ħeġġitni biex jiena wkoll inkun hemm għal ħija u nipproteġih."

Il-vidjow mużikali ta' Dario diġà ntlemaħ f'pajjiżi oħra lil hinn minn Malta fosthom fir-Renju Unit, fil-Filippini, fl-Italja, fil-Ġappun u anke fl-Iżvizzera.
Jekk tixtieq issir taf iktar fuq Dario, żur il-paġna uffiċjali tiegħu fuq Facebook.

No comments:
Post a Comment