best deal

Tuesday, 18 July 2017

BIL-FILMAT: Il-mument meta ssib lill-kelba tagħha

Ritratt: Il-mument meta Gertrude ltaqgħet mal-kelba tagħha

Dalgħodu ltqajna ma' dan il-filmat li jiġbed il-mument emozzjonali meta mara ssib lill-kelba tagħha wara jiem mitlufa.



Ħamest ijiem ilu, Gertrude Portelli telgħet post fuq Facebook tgħid li serqulha l-kelba tagħha mill-Fgura. Filwaqt li qalet li għandha qalbha maqsuma, talbet l-għajnuna tan-nies biex il-kelba tagħha tinstab.

Ritratt: L-appell ta' Gertrude biex tinstab il-kelba
Ilbieraħ, Gertrude sabet lill-kelba tagħha u fuq Facebook stqarret li tinsab kuntenta ħafna. Hija rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li xerrdu r-ritratt tagħha biex tinstab din il-kelba.

No comments:

Post a Comment