best deal

Friday, 14 July 2017

BIL-FILMAT: Jitwaqqaf reklam ta' prodott li jqaxxar ix-xagħar tan-nisa


Reklam li jippromwovi cream li bih tqaxxar ix-xagħar twaqqaf fl-Ingilterra milli jibqa' joħroġ fil-midja.

Dan għaliex ir-reklam jenfassiza x-xagħar fil-parti ġenitali tal-mara. Uħud fl-Ingilterra sostnew li hemm diversi reklami li jenfasizzaw is-sesswalità tal-mara. Dan narawh f'reklami tal-karozzi, fwejjaħ u b'xi mod anke reklam li uża s-sesswalità tal-mara f'reklam tal-ħobż.

Hemm min argument li din mhijiex xi diskriminazzjoni kontra l-mara għax f'ħafna reklami naraw lill-irġiel bħala 'oġġett' sesswali. Iżda l-awtoritajiet Ingliżi tal-istandards fehmuha mod ieħor u ċċensuraw dan ir-reklam tal-cream li jqaxxar ix-xagħar.

Inti kieku kont tiċċensurah? Ara l-filmat u ibagħtilna.



Ritratt: PA:Press Association
Kitba: Claire Preca Taroum

No comments:

Post a Comment