Sunday, 23 July 2017
BIL-FILMAT: Nirien kbar jaħkmu razzett f'Ħal Tarxien
L-ewwel informazzjoni turi li dan in-nar irriżulta wara li waqa' xi ġamar mill-murtali tal-festa ta' Ħal Tarxien. Minħabba li r-razzett kien fih ħafna tiben f'ħakka t'għajn ħa n-nar.
Bħalissa f'Ħal Tarxien għaddejja ħidma intensiva sabiex jintefa nar li ħakem dan ir-razzett mimli tiben. Ir-razzett jinsab fi Triq Ħal Tarxien.
Persuni li jgħixu qrib il-post fejn sar l-inċident dehru mħassba u inkwetati minħabba li f'dak l-istess post normalment jinżammu xi annimali, fosthom baqar.
Filmat u Ritratti: Matthew Ellul
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Mhux l-aqwa li min ghandu il-marda tal-pyromania ikun kuntent bid-delizzju! Billi jaqbad razzet l'hawn u l'hemm, x'gara b'daqshekk?
ReplyDelete