Simshar, id-dgħajsa li fuqha ħargu 5 persuni u rritorna ħaj wieħed minnhom biss.
Fl-għodwa tas-7 ta' Lulju 2008, Simshar telaq mill-kosta ta' Marsaxlokk fuq vjaġġ tas-sajd, u kien ippjanat li jirritorna lura x-xatt 4 ijiem wara, fil-11 ta' Lulju. Pjan li ma seħħx.
Fuq id-dgħajsa kien hemm ħames persuni - is-sid Simon Bugeja, missieru; Karmenu Bugeja, it-tifel ta' Simon; Theo Bugeja ta' 11-il sena, Noel Carabott, u raġel Somaljan; Abdulrahman Abdala Gedi ta’ 21 sena.
Dakinhar stess is-Simshar telaq mill-kosta u wara 4 ijiem xogħol, sar blast abbord il-bastiment u qered parti mid-dgħajsa. Kien Simon li induna b’riħa li qatt ma xamm qabel u mar iqajjem lill-oħrajn. Kif waslu ħdejn il-magna din splodiet u ħadet in-nar. Il-5 li huma ħarbu għall-parti ta’ quddiem tad-dgħajsa. Ftit ħin wara seħħet splużjoni oħra li din id-darba tajrithom il-baħar.
Dak il-ħin raw kif għamlu u bil-biċċiet li kien fadal, ippruvaw jagħmlu ċattra biex iserrħu magħha u l-ħames persuni abbord baqgħu ħajjin u baqgħu ħajjin għal diversi jiem. Għaddew l-iljieli u sbieħ it-Tnejn il-baħar li ġab lil Abdul, ħadu lura. Ħass il-mewt, talab, straħ u miet.
Wara jiem ta’ xemx qalila, mewġ, kesħa u riħ, ġuħ u għatx Simon Bugeja kien l-uniku wieħed li baqa' ħaj.
Noel Carabott miet l-ewwel wieħed fit-13 ta' Lulju. Wara 5 ijiem bil-għatx mela nofs flixkun bl-ilma baħar u fi stat iddisprat xorbu. Għamillu d-deni, raqad u kif qam beda jħawwad fil-kliem, niżel jgħum u miet fiċ-ċaqliq tal-baħar.
Fi programm speċjali li kien għamel Xarabank minn Marsaxlokk, Dr.Deo Debattista kien fisser li l-kliewi jipproduċu l-urina, li hija inqas ikkonċentrata mill-ilma baħar, u meta persuna tixrob l-ilma baħar b’ammonti kbar biex il-kilwa tarmi l-melħ żejjed trid tarmi iktar volum ta’ ilma.
Karmenu Bugeja magħruf bħala t-tabakku għex u miet fuq il-baħar fl-eta' ta' 61 sena. Simon żamm il katavru ta’ missieru Karmenu mingħajr qatt ma għaddielu minn moħħu li jagħmel dan. Kien wara jumejn li Simon telaq il-katavru, b’Theo jistaqsi jekk hu u missieru hux se jiġrilhom l-istess.
Hawnhekk Simon jirrakkonta kif wara 7 ijiem u 6 sigħat bla xorb u ikel u wara ljieli ta’ talb u tama, Theo l-anġlu tal-baħar - iċedi.
L-iġsma ta’ tlieta mill-vittmi nstabu, madankollu dak ta' Theo Bugeja ma nstab qatt. Wara t-tfittxija intensiva mill-Forzi Armati ta' Malta, u l-komunità tas-sajd Maltija, bastiment tas-sajd imsejjaħ il-Grecale sab lil Simon Bugeja ħaj sebat ijiem wara. Wara li ra l-mewt ta’ sħabu, ta’ missieru u ta' ibnu, ittella' mill-baħar u ttieħed Mater Dei b’ħelikopter. Il-kundizzjoni kienet gravi ħafna bit-tobba jibqgħu skantati kif baqa' ħaj. Simon wieġeb li miegħu kellu lil ibnu u lill-Madonna. Minn dakinhar intqalu diversi suspetti u qlajjiet fuq din l-istorja, li kollha ġew ipprovati li ma kinux minnhom. Fl-2014 din it-taġedja ġiet ddrammatizzata mid-direttriċi Maltija Rebecca Cremona permezz ta' film li ġie msejjaħ Simshar.
No comments:
Post a Comment