best deal

Wednesday, 19 July 2017

BIR-RITRATTI U BIL-FILMAT: Pulizija twettaq rejd fil-Marsa


Aġġornata (17:38): Kienet informazzjoni li wasslet lill-iskwadra ta' kontra d-droga, il-pulizija tad-distrett tal-Belt Valletta flimkien mal-Ispecial Intervention Unit biex iwettqu rejd f'ħanut tax-xorb f'Xatt il-Mollijiet, il-Marsa u anke f'blokka ta' appartamenti biswit l-ħanut.



Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġewwa ż-żewġ postijiet instabet ammont ta' droga għat-traffikar. Spjegat li fost id-droga kien hemm sustanzi suspettati sintetiċi, raża u ħaxixa tal-kannabis. Żiedet tgħid li d-drogi kienu ppakkjati u lesti biex jiġu ttraffikati.

Filwaqt li qalet li għadd ta' persuni qed jiġu miżmuma mill-Pulizija biex jgħinu fl-investigazzjoni, it-tfittxija għadha għaddejja.

Aġġornata (15:55): Ġew arrestati tliet persuni oħra. Bħalissa l-Pulizija qed teskorta lill-persuni arrestati 'l barra mill-bini tan-New Tiger Bar. B'kollox s'issa ġew arrestati erba' persuni.

Aġġornata (14:57) S'issa jidher li ġiet arrestata persuna.

QABEL:

Uffiċjali tal-Pulizija bħalissa qed iwettqu rejd fil-ħanut tax-xorb New Tiger Bar fil-Marsa.
Ma' Xarabank kelliema għall-Pulizija qalet li ma kinitx f'pożizzjoni li tagħti iktar dettalji.

Aktar dettalji kif jidħlulna.








Ritratti u filmat: Mark Laurence Zammit

No comments:

Post a Comment