best deal

Tuesday, 18 July 2017

Dawn is-sorijiet Maltin mudelli u żeffiena


























Kulħadd qed jistaqsi, “Imma dawn is-sorijiet, it-travellers minn fejn sabuhom?”. 
Ftit investigazzjoni u sibna li dawn mhumiex sorijiet imma mudelli u żeffiena Maltin li qed jieħdu sehem fil-vidjow tad-diska "Ħafi Paċi Kuluri”.




Ara l-vidjow ta' din il-kanzunetta l-ġdida hawn taħt.



Issa kieku waħda minn dawn il-mudelli kellha tidħol soru ta' veru min taħsbu li tkun? Iktbu hawn taħt. 

Aħna ltqajna mal-membri kollha ta’ The Travellers u staqsejniehom ftit mistoqsijiet personali. It-tweġibiet tagħhom qegħdin hawn taħt.






Sylvano:



Liġi li tibdel kieku għandek il-poter? 
- Tnaqqis sostanzjali fl-ammont ta' karozzi fit-toroq tagħna

Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta’ ħajtek x’tilbes? 
- Shorts u t-shirt

Xi ħaġa li ma tgħix mingħajrha? 
- Il-mużika

Iddeskrivi lilek innifsek f’żewg kelmiet. 
- Ċajtier u enerġetiku

Kelma li tuża wisq? 
- "Uwejja!"

Sigriet tiegħek? 
- Ma nistax ngħid le?

X’jaħarqek l-iżjed? 
- Nies bla valuri

Film li jdaħħqek l-iżjed? 
- American Pie


Clayton:



Liġi li tibdel kieku għandek il-poter? 
- Iktar pieni ħorox fuq moħqrija tal-annimali.

Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta’ ħajtek x’tilbes? 
-Malja.

Xi ħaġa li ma tgħix mingħajrha? 
- Il-ħbiberija li għandna fil-band.

Diska li tixtieq li ħriġtu biha intom? 
- Bruno Mars - Uptown Funk

Kelma li tuża wisq? 
- Dejjem hekk

Sigriet tiegħek? 
- Li ma tantx għandi sigrieti!

X’jaħarqek l-iżjed? 
- Meta tiftiehem ħin imma ħaddieħor jiġi tard

Xi ħaġa li ddaħħqek? 
- Sylvano jkanta (membru ieħor tal-band)


Joseph:



Liġi li tibdel kieku għandek il-poter? 
- Multi akbar għal min juża l-mowbajl waqt is-sewqan. 

Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta’ ħajtek x’tilbes? 
- Nuċċali tax-xemx

Xi ħaġa li ma tgħix mingħajrha?
- Photoshop

Diska li tixtieq li ħriġtu biha intom? 
- Something I Need – One Republic

Mużika li ġġiegħlek tiżfen? 
- Raggae

Kelma li tuża wisq? 
- Le

Sigriet tiegħek? 
- Ma nistax ngħid għax sigriet jibqa'

L-ewwel xogħol li qatt għamilt? 
- Storekeeper



Michael:


Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta’ ħajtek x’tilbes? 
- Flokk ta' taħt.

Xi ħaġa li ma tgħix mingħajrha?
- Il-mużika!

Diska li tixtieq li ħriġtu biha intom? 
- Coldplay - Paradise

Mużika li ġġiegħlek tiżfen? 
- Raggae

Kelma li tuża wisq? 
- Wuuff!

L-iżjed ħaġa li tbeżżgħek fil-ħajja? 
- Mard terminali

L-ewwel xogħol li qatt għamilt? 
- Indoqq mal-baned, jekk tista' ssejjaħlu xogħol. Qatt ma ħdimt barra mill-mużika.

Xi ħaġa li ddaħqek? 
- Sylvano



Andrew:



Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta’ ħajtek x’tilbes? 
- Jeans u t-shirt.

Xi ħaġa li ma tgħix mingħajrha? 
- Il-kitarra

Diska li tixtieq li ħriġtu biha intom? 
- Xemx ta’ The Tramps

Iddeskrivi lilek innifsek f’żewġ kelmiet. 
- Kreattiv u bieżel

Kelma li tuża wisq? 
- Massive

L-iżjed ħaġa li tbeżżgħek fil-ħajja? 
- Li nieqaf nitgħallem

X’jaħarqek l-iżjed? 
- Min ma jżommx kelmtu

Xi ħaġa li ddaħqek? 
- Sylvano



Chris:



Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta’ ħajtek x’tilbes? 
- Arloġġ.

Diska li tixtieq li ħriġtu biha intom? 
- Everglow ta’ Coldplay

Mużika li ġġiegħlek tiżfen? 
- Raggae

Kelma li tuża wisq? 
- Ok

Sigriet tiegħek? 
- Hmmm... ħeħe.

Xi ħaġa li ddaħħqek? 
- Sieħbi tas-sassofonu (Sylvano)

L-ewwel xogħol li qatt għamilt? 
- Helper ma’ mastrudaxxa.

X’jaħarqek l-iżjed? 
- Min imeri u ma jkollux raġun.

Film li jdaħħqek l-iżjed? 
- Mr Bean






Ritratti waqt gig: Albert Camilleri
Ritratti fl-istudio: Tonio Lombardi 

No comments:

Post a Comment