Friday, 7 July 2017
"Hemm bżonn li niktbu r-riżultati tat-tfal fuq Facebook?"
Il-preżentattriċi u eksġurnalista Ramona Attard issaqsi jekk hemmx bżonn li niktbu r-riżultati tat-tfal fuq Facebook.
Hekk kif dan ix-xahar huwa magħruf għall-wasla tar-riżultati, fuq Facebook Ramona Attard tistqarr: "Milli jidher waslu r-riżultati tat-tfal u l-ġenituri, u kulħadd jifraħ bihom kif mistenni." Madankollu wara tistaqsi: "Iżda hemm bżonn li niktbu r-riżultati tat-tfal fuq Facebook meta nafu li jkun hemm tfal oħra li marru inqas tajjeb għax bla dubju għandhom talenti oħra li forsi s-sistem edukattiva tagħna għadha qed tfallihom?"
Għal dan il-post, il-preżentatur ta' Xarabank Peppi Azzopardi jwieġeb: "Naqbel miegħek għax għandna nkunu sensittivi imma ma naqbilx miegħek għax min ma jgħaddix irid irabbi 'kallu' u jifhem li fil-ħajja se taqa' u terġa' taqa', inkella jekk ma tidrax tfalli meta tiġrilek l-ewwel darba ssir it-trawma ta' ħajtek. Nibża' wisq li t-tfal mhux jitgħallmu jfallu."
Ramona Attard qablet ma' dak li kiteb Peppi u wieġbet: "Naqbel ma' dak li għedt Peppi Azzopardi. Irridu ngħallmu t-tfal kif iqumu mill-fallimenti."
Inti taqbel li l-ġenituri jew anke t-tfal stess jiktbu r-riżultati tagħhom jew jgħidu li għaddew fuq Facebook? Jew għandna nkunu sensittivi ma' studenti li ma jkunux għaddew?
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Kulhadd jaghmel hu. Jekk omm jew missier kuntenti li t-tifla taghhom rebhet konkors ta' sbuhija, xi tellieqa jew marret tajjeb f'ezami ... mhux jifirhu b'rixhom? X qed jaghmlu hazin?
ReplyDeleteThey are not doing anything wrong at all because they are proud of their children and their accomplishments. However constant posting and boasting can come across as obnoxious by others- I think they should figure out why they are posting if it's because they want to share with family or keep a record of the moment it is great! If it is for other people's approval then they need to question themselves and live with grace and not ego.
ReplyDeleteallura b daqshekk !!! .... billi jifirhu li marrulom tajjeb it tfal . mhux ha ggib kemm gabu imma billi jghidu prosit lit tfal taghhom fuq fb x fija b daqshekk !! jien kull meta nara li uliedi marru tajjeb fl ezamijiet jaqbizli d dmugh bil ferh u nibda nbusom ahseb u ara .. ifhem it tfal li ma jghaddux jitghallmu jqumu mill esperjenza u jkomplu forsi huma jkunu tajbin f xi haga ohra li tieghi ma humiex ...
ReplyDeleteBiss irridu nammettu li hafna nies saru qishom paguni, il-hin kollu jiftahru b'rixhom. Is-sistema saret li jekk ma tiftaharx u turi li ghandek u kemm ghandek hadd ma jsir jaf bik, mela ejja ha nifthulha u nghidu lid-dinja kollha.
ReplyDelete