Wednesday, 5 July 2017
"Il-liġi taż-żwieġ tiddiskrimina lill-immigranti"
Il-Fondazzjoni Aditus issostni li kulħadd, inkluż l-immigranti, għandhom jingħataw id-dritt li jiżżewġu u li jkollhom familja.
Fi stqarrija l-grupp, li huwa favur id-drittijiet umani, jistqarr li jinsab kuntent li jara lil Malta taddotta l-liġi taż-żwieġ għall-persuni tal-istess sess. Madankollu jgħid li hija diskriminazzjoni għall-immigranti irregolari li ma jistgħux jiżżewġu minħabba li jiġu mitluba li jippreżentaw id-dokumenti meħtieġa.
Il-Fondazzjoni tispjega li l-awtoritajiet ħadmu ftit biex isolvu dawn id-diffikultajiet u b'hekk komplew jiċħdu ż-żwieġ lill-persuni li diġà huma mwarrba mis-soċjetà.
Tisħaq li l-abbozz qed iwarrab ukoll l-isfidi li jaffaċċjaw ir-refuġjati u l-immigranti meta jintalabu jagħmlu dikjarazzjoni fuqhom fil-ġranet wara li jaslu Malta. Issostni li hemm bżonn li l-Gvern japprezza li dawn il-persuni ma jkunux f'pożizzjoni li jagħmlu dikjarazzjonijiet fuqhom infushom jekk humiex miżżewġa jew le.
Għaldaqstant Aditus tħeġġeġ lill-Gvern biex jirrevedi l-abbozz ħalli kulħadd jingħata d-dritt li jiżżewweġ.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment