Miet il-kantant ewlieni tal-grupp mużikali Linkin Park; Chester Bennington, fl-eta' ta' 41 sena.
Kien għall-ħabta tad-9:00 ta' dalgħodu meta l-kantant instab mgħallaq fir-residenza tiegħu.
Qed jiġi rrapportat li huwa neħħa ħajtu b'idejh.
Bennington ħalla warajh lil martu u lis-sitt uliedu.
Qed jingħad li l-kantant kien ilu jiġġieled mal-vizzju tad-droga għal snin twal, u fil-passat tkellem fuq is-suwiċidju wara li meta kien żgħir sefa' vittma ta' abbuż.
Ritratt: Sky News
No comments:
Post a Comment