best deal

Wednesday, 12 July 2017

"Kull min hu Nisrani llejla għandu jivvota favur" - Peppi Azzopardi jikteb ittra miftuħa lil Edwin Vassallo


"Edwin, din mhix kwistjoni ta' taqbel u ma taqbilx. Din hija kwistjoni ta' tbatija kbira."

Dawn huma ftit mill-ewwel kelmiet ta' ittra miftuħa li l-preżentatur ta' Xarabank Peppi Azzopardi kiteb lil Edwin Vassallo llum, proprju ftit sigħat qabel jittieħed il-vot dwar il-liġi taż-żwieġ ugwali fil-Parlament illejla. L-ittra miftuħa ppostjaha fuq il-profile tal-Facebook tiegħu ftit minuti ilu.

Fl-ittra, Peppi jindirizza direttament lid-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo. Jibda billi jistqarr miegħu li jifhem li d-dubji li għandu fuq iż-żwieġ ta' persuni LGBTIQ huma dubji ġenwini, imma jkompli jgħidlu ċar u tond li din mhix kwistjoni ta' opinjoni.

"Edwin, illejla, bħala Nisrani missek tqum fil-Parlament u tiskuża ruħek mal-komunità LGBTIQ u mal-familji tagħhom ta' kemm ħallejtuhom ibatu," jgħidlu Peppi Azzopardi.

Wara li jgħidlu hekk, jelenkalu lista ta' sitwazzjonijiet li fihom, il-persuni LGBTIQ batew matul iż-żminijiet u għadhom qed ibatu sal-lum. Isemmilu fost l-oħrajn it-tfal li huma bullied l-iskola, iż-żgħażagħ omosesswali li jgħidulhom li qed jgħixu fid-dnub għax iħobbu persuna tal-istess sess, u l-adoloxxenti li jgħidulhom li huma morda u li għandhom bżonn il-kura, jew li bagħtuhom għand qassis.

L-ittra miftuħa li Peppi kiteb lid-deputat Edwin Vassallo

"Illejla m'għandux ikun hemm vot ħieles, għax m'għandu qatt ikollok il-ħelsien li tivvota biex toħnoq il-ħelsien ta' ħaddieħor," jgħidlu Peppi Azzopardi.

Peppi jsib iċ-ċans biex fl-ittra jagħmel appell lill-insara biex minflok jinkwetaw fuq il-kelmiet ta' kif se nsejħu lill-omm u lill-missier, jinkwetaw fuq "iż-żagħżugħ li waqfulu l-kliewi u għadu maqful f'ċella fil-Faċilità Vendikattiva ta' Kordin."

3 comments:

  1. Ittra miftuħa lil Peppi:


    Iżda Gesu qalilhom: "Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal, 'Minħabba f'hekk raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?' Għalhekk m'humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem." Qari mill-Evanġelju ta’ San Luqa MATTEW: [Mt:19:4-6]


    The Congregation for the Doctrine of the Faith.
    Considerations Regarding Proposals to Give Legal Recognition to Unions between Homosexual Persons.

    "When legislation in favour of the recognition of homosexual unions is proposed for the first time in a legislative assembly, the Catholic law-maker has a moral duty to express his opposition clearly and publicly and to vote against it. To vote in favour of a law so harmful to the common good is gravely immoral.

    When legislation in favour of the recognition of homosexual unions is already in force, the Catholic politician must oppose it in the ways that are possible for him and make his opposition known; it is his duty to witness to the truth."

    Considerations Regarding Proposals to Give Legal Recognition to Unions between Homosexual Persons.
    Read More: https://goo.gl/REJmj0

    ReplyDelete
  2. Qed taraw nies Kristjani, u Kattolici li le ma jaqblux maz-zwieg, jekk ma jkunx bejn mara u ragel. Il-kwistjoni mhix ghal mibgheda tal-gays etc.... Il-kwistjoni huma mhux acettati ghax hawn min ghandu mibgheda, le ahna mghandna mibgheda lejn hadd. Jien u hafna ohrajn ghandna hbieb u familjari li huma gays, u xorta inkellimhom u inhobbhom bhall kull persuna ohra. Ma jigux acettati minn nies ikunu huma pastazi u arroganti... Tatuwhom il-ligi fidejhom u ma tatuwhomx xorta ha jibqghu ghaddejjin li hawn min hu pastaz u jaghhjjarhom u ma jacettahhomx. Ahna bhala Kristjani u Kattolici mhux ma naqblux ghax ahna m'ghandix say ta' xejn. Imma il-Mulej min jaqra il-Bibbja le ma jacettax dawn l-affarijiet. Iva xorta ihobbhom bhal ma jhobb dak kollu li halaq imma ma jhobbx li jaghmlu. Bhal ma jhobb lilna imma ma jhobbx l-izbalji li naghmlu u apparti hekk meta ghandna dnub nindmu minnu... Il-gays mhux vera mhumix acettati u dak kollu li riedu jaghmlu kollox jaghmlu hadd ma waqqafhom.
    Allura dan kollu ghax trid taghddi ligi biex izewwighom bil-knisja biex ikollhom drittijiet daqsna, le ma taghmilx sens. Le il-Mulej jabbari dan kollu, u le jien mghandix opinjoni! Hija verita li ghandu kullhadd ihallu iz-zwieg bejn mara u ragel.

    ReplyDelete
  3. Dan ir-ragunar mhuwiex nisrani pepp

    ReplyDelete