best deal

Friday, 21 July 2017

L-aktar diska li biegħet kopji f'Malta


'Viva Malta’ qed tindaqq ukoll ġewwa l-Iran!


Freddie Portelli, ir-Re tar-rock n roll Malti li ħareg din id-diska fis-sittinijiet, jikseb il-popolarità tiegħu mhux biss fi xtutna u f'pajjiżi kbar imma saħansitra fil-Libja wkoll. Miktuba fl-1967, din id-diska ġabet fama internazzjonali lill-grupp Malta Bums li magħha kien ikanta Freddie Portelli. Viva Malta ndaqqet fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fl-Awstralja, fl-Istati Uniti, fir-Russja u issa qiegħda tindaqq fil-Libja wkoll.

Meta tkellimna ma' Freddie Portelli qalilna li darba kien hemm ġurnalist Malti li kien tela' għal delegazzjoni fi Tripli ma' Gaddafi u kif daħlu fid-dar tiegħu Bab Al Jazira jilmaħ LP ta' 'Viva Malta'. Ovvjament dan kien veru sorpriż u meta ġie Malta mar għand Freddie Portelli biex jgħidlu, iżda Freddie daħakha u bħal donnu ma emmnux. Jgħaddi ż-żmien u din id-darba Peppi Azzopardi ta' Xarabank jispiċċa fi Tripli waqt il-gwerra fuq xogħol u hu wkoll fit-tiġrif jilmaħ l-LP ta' Viva Malta mwaħħla taħt is-sodda tad-dar ta' Gaddafi li kienet attakkata.

Nistgħu ngħidu li ftit huma dawk li ma jafux din id-diska għax meta tisma' 'Mela ejjew ngħidu VIVA MALTA dlonk kulħadd jirrispondi 'Malta u l-Maltin...' U Freddie Portelli għandu l-unur jgħid li hija l-iktar diska li biegħet kopji f'Malta.





  

No comments:

Post a Comment