best deal

Tuesday, 4 July 2017

"Liema Ġesù Kristu kont qed tiddefendi?" - Peppi Azzopardi jistaqsi lil Henry Battistino


Wara l-kontroversja li nqalgħet fuq il-billboard tal-Aħħar Ċena li twaħħal fl-iskatepark tal-Imsida, Peppi Azzopardi jistaqsi mistoqsija lill-Mexxej tal-Partit tal-Patrijotti Maltin, Henry Battistino, li flimkien ma' kandidat mill-istess partit, mar iċarrat l-immaġini ta' Ġesù mill-poster nhar is-Sibt li għadda filgħaxija.
"Minix se niġġudika jekk dak li għamel is-Sur Battistino huwiex tajjeb jew le," jispjega Peppi Azzopardi f'filmat li tella' fuq Facebook. "Imma nixtieq nfakkru x'qal dan l-istess Ġesù Kristu: "Kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont il-ħabs u ġejtu żżuruni, u kont barrani u lqajtuni...dak li tagħmlu fost l-iżgħar minn ħuti tkunu qed tagħmluh miegħi."


U hawnhekk, fil-filmat, Peppi jdur fuq is-Sur Battistino u jistaqsih: "Meta mort hemmhekk tiddefendi lil Ġesù Kristu, liema Ġesù Kristu kont qed tiddefendi?"

Dan qed jgħidu fl-isfond tal-ideoloġija tas-Sur Battistino u tal-partit tiegħu, li spiss jippriedkaw il-bżonn li nżommu lill-barranin ’il barra minn pajjiżna.

Il-billboard li twaħħal l-iskatepark, qabel ma nqala' mill-Pulizija aktar kmieni llum
Il-kontroversja bdiet ftit qabel il-weekend li għadda, meta l-ħanut tal-ikel New York Best tella' billboard ta' tnax-il metru fl-iskatepark tal-Imsida. Il-billboard kien juri l-Aħħar Ċena ta' Leonardo da Vinci, b'Ġesù u l-Appostli jieklu l-burgers, pizez, hotdogs u ikel ieħor ta' New York Best.

Imma l-kontroversja splodiet meta s-Sibt filgħaxija, Henry Battistino mar iċarrat l-immaġini ta' Ġesù minn fuq il-billboard bħala sinjal ta' protesta.

Henry Battistino u l-kollega tiegħu iċarrtu l-poster is-Sibt li għadda għall-ħabta tas-7:30pm
Il-membri tal-Partit tal-Patrijotti Maltin jippużaw bl-immaġini ta' Ġesù Kristu mċarrta
Id-diskussjonijiet fuq il-midja soċjali komplew il-Ħadd, meta f'kummenti li ta lil dan is-sit, l-Arċisqof Charles Scicluna qal li dan ir-reklam huwa "bad taste."

Fl-istess artiklu aħna ppubblikajna intervista li għamilna ma' wieħed mis-sidien ta' New York Best, Tommy Diacono, u staqsejna lil Henry Battistino nnifsu biex jagħtina l-kumment tiegħu, imma s'issa għadna ma rċevejniex tweġiba mingħandu.

Minn informazzjoni li waslitilna aktar kmieni llum stess, jidher li l-Pulizija llum marret taqla' l-billboard minħabba li s-sid tal-bini li kien imwaħħal miegħu talab li jinqala'.

Int x'taħseb? Taqbel ma' Peppi? U taħseb li s-Henry Battistino kellu jagħmel dak li għamel? Ikkummenta hawn taħt.

9 comments:

  1. Ghandna bzonn nimmaturaw aktar bhala pajjiz...dan li ghamlu l'hekk imsejhin Patrijotti Maltin zgur li ma sarx f'ismi. Nixtieq infakkar lis Sur Battistino li din il famuza pittura mhiex hlief xena impiggija minn Leonardo da Vinci...hafna snin wara li Kristu kien f'din id dinja. Da Vinci ma kienx hemm fl'ahhar cena u immortala din il famuza cena. U nghidlu ukoll li x'aktarx lanqas saret ikla kif tinstab impingija...imma kienu bil qieghda ma l'art. Nixtieq ukoll infakkru li biex titfa l ewwel gebla trid tkun nadif int, nahseb qatt ma semma lill Kristu, lill Alla jew lill Madonna f'xi mument ta rabja!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Tnejn hziena ma jghamlux wahda tajba.
      Min ghamel dak il poster ghamlu biex idahhaq u juri kemm huwa vojt.
      Kellu hafna alternativi kieku ried ...imma le ghogbu jwaqqa ghaz zufjett dak li hu ghaziz ghal hadd iehor

      Delete
  2. Nahseb kien ikun aktar konformi mal-att li ghamel kieku qata lil Guda. Allinqas halla lill-Maddalena ejja tghid xejn, nsomma x'aktarx ma ndunax li qeghda hemm!

    ReplyDelete
  3. Le, Henry Battistino u sieħbu għandhom jitresqu bil-pulizija, għax dak li għamlu mhux talli huwa kontra l-liġi, talli abbużaw mill-liġi u vvandalizzaw propjeta pubblika. Dan jagħti lok li jekk per eżempju, jien nagħmel xi ħaġa simili, allura nkun qed nistenna lil xi ħadd bħal Henry Battistino jagħmilli vendikazzjoni għax hu ma jaqbilx miegħi?
    Allura jekk jien ma naqbilx mal-festi nidħol fil-knisja u nagħmel bħalu, nkisser l-istatwa?
    Il-liġijiet għalhekk huma hemm biex b'mod civili wieħed jista jitlob lill-pulizija tara hemmx ksur tal-liġi f'dak li għamel tan-NYB u jekk hemm tieħu l-passi hi. Pero jekk m'hemmx trid tieħu l-passi kontra min abbuża mill-liġi u uża l-vandaliżmu.

    ReplyDelete
  4. Kont jien li bdet din il kampanja il gimgha fil ghaxija is sibt filodu mort niehu ir ritrati u esebejtom fuq face book jien lis sur Batistino tiga kelimtu wara li mar iqatta il poster . Pero skuzawni dak il poster iraprezenta it twaqqif ta l Ewkaristija u krist gie imzeblah hawn hafna Maltin li dejem lesti biex jghajru u jaqbzu is suget u jinfexew fuq li il Qassisn pidofili il malti dejem malti kien qatt ma inzommu mas sugget lest biex nghajru ahna maltin u insara hawn qed nitkelmu fuq Krtistu mhux qassis ghaliex ma Qassis jehel Kristu? u hawn nistaqsi min jaf li toppga poster b xi genituri tghana li iwaqaom ghac cajt- xi tkun ir relezjoni? ghal dan il ghad jien qlat tghaier inspegabli tghediet li a waqfux il messag tghie huwa wiehed ejja nersqu len Alla u inhalli lil bniedem tad dinja jigudika Alla pero inkompli nahdmu ghal dak ta Alla maeterjalment xjghid wiehed jew l iehor min hawn nixtieq ukoll niringrazji lis Sur Ivan Bartolo li semma dan il kaz il birah fil parlament . Jekk taraw il Face Book ta Sur Tommy Diacono, titqazies

    ReplyDelete
  5. Pepi xghanda xtaqsam il silta min Mat 25 ma dan il poster ?

    ReplyDelete
  6. vera qed thallat il hass mal-patata peppi, dak il-kliem, u int suppost taf, imma trid tqarraq, Gesu qalu ghal meta tghin lill-proxmu tieghek. mhux ghal xi riklamm ta xi restaurant, jew dan ir-restaurant qed jqassam l-ikel b'xejn ghal minn hu fil-bzonn????

    ReplyDelete
  7. Dan huwa att vendikattiv li mur kontra l-ordni pubblika, jekk din it-tip ta attitudni hija accetatta iffiser li l qorti qed tonqos minn dmirijiet ,u din il-mistoqsija ta`peppi hija x haga ma ghandiex totalment x`taqsam , ejja ma inkomplux inhallu dan il-program jidditerjora il-kontroll ta minn hu vjolenti.

    ReplyDelete