Wednesday, 19 July 2017
"Qed nistennew li jittajjar xi ħadd biex nagħmlu xi ħaġa?"
Student fuq siġġu tar-roti kellu jitniżżel minn fuq bankina għaliex l-imwejjed u s-siġġijiet waqfuh milli jkompli għaddej.
Ċemplilna raġel jesprimi l-frustazzjoni tiegħu fuq l-imwejjed u s-siġġijiet li qed jitqiegħdu fi Triq Ball f'San Ġiljan. Jispjegalna x'ġara f'din it-triq: "Kont qed nimxi u rajt lil dan l-istudent fuq siġġu tar-roti ma jafx x'jaqbad jagħmel għaliex il-bankina li kien fuqha kienet mimlija siġġijiet u mwejjed. Dan l-istudent waqaf, staqsejtu jekk għandux bżonn xi għajnuna u minħabba li hija bankina għolja, għentu jinżel minn fuqha. Huwa ma kellux alternattiva oħra u meta niżżiltu spiċċa juża t-triq li minnha kienu qed jgħaddu ħafna trakkijiet u karozzi".
Ir-raġel jesprimi r-rabja għas-sitwazzjoni u għall-aġir tan-nies: "Il-bankina li sippost qiegħda għan-nies, qed tintuża għall-imwejjed u għas-siġġijiet. Imma iktar irrabjajt meta mbagħad rajt li n-nies li kienu qegħdin jixorbu l-kafè fuq dawn is-siġġijiet, ma marrux jgħinuh u minflok baqgħu jixorbu l-kafè."
Ir-raġel jirrakkontalna wkoll li x-xahar li għadda, kien għaddej man-neputija tiegħu bil-pramm minn fuq l-bankina, u kellhom jagħmlu l-istess ħaġa, jiġifieri jinżlu minn fuqha minħabba li bil-pramm ma setax ikompli juża l-bankina.
Ir-raġel jappella lill-awtoritajiet responsabbli billi jsaqsihom mistoqsijiet: "Qed nistennew li jittajjar xi ħadd biex nagħmlu xi ħaġa?"
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Gvern li jisma. Gvern li jopponi kull kritika. L'ahjar ghadu gej.
ReplyDelete