Thursday, 6 July 2017
Ħriġna fit-toroq biex nistaqsu lin-nies jekk idejjaqhomx ir-reklam tal-Aħħar Ċena
Dal-jumejn irrealizzajna li l-kontroversja dwar il-famuż reklam tal-Aħħar Ċena ta' New York Best għadu s-suġġett ta' ħafna mid-diskussjonijiet li hemm fuq Facebook. U aħna ħriġna l-Belt biex nistaqsu lin-nies x'jaħsbu dwaru.
Staqsejna nies ta' kull età, u wħud minnhom ma kinux Maltin, u ssorprendejna ruħna għax indunajna li l-maġġoranza assoluta, inkluż iż-żgħażagħ, iddejjaqhom l-immaġini ta' Ġesù u l-Appostli jieklu l-pizza, il-burgers u ċ-chips.
Is-Sibt li għadda, filwaqt li ma' Xarabank l-Arċisqof Charles Scicluna qal li r-reklam huwa bad taste, wieħed mis-sidien ta' New York Best, Tommy Diacono, qal li l-pittura tal-Aħħar Ċena tmur lil hinn mir-reliġjon, u għalhekk ir-reklam jirrifletti s-sabiħ li taqsam l-ikel ma' ħbiebek.
Dakinhar, Henry Battistino flimkien ma' kandidat ieħor li ħareġ ukoll għall-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet mal-Partit tal-Patrijotti Maltin, ċarrtu l-biċċa tar-reklam fejn jidher Ġesù.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment