
Statistika
ġdida turi li saret iżjed komuni li persuna
timrad bil-kanċer milli tiżżewweġ jew ikollha tarbija. Skont il-figuri maħruġa minn Macmillan Cancer Support, fl-2014, fl-Ingilterra kien hemm 361,216 -il persuna li nstabilhom
kanċer, filwaqt li kien hemm biss 289,841-il persuna li f’dik l-istess sena żżewwgu.
U fl-2015 kien hemm 289,841 mara
li kellhom l-ewwel tarbija, filwaqt li kien hemm 319,001 persuna li nstabilhom
kanċer.
Fl-aħħar 10 snin, iżjed minn 1.2 miljun persuna
fl-Ingilterra nstabilhom kanċer, u madwar 25%
minnhom kellhom inqas minn 40 sena meta qabadhom.
L-istudji jkomplu juru
li madwar nofs il-popolazzjoni se tgħaddi mill-esperjenza tal-kanċer
tal-anqas darba f’ħajjitha.
Studju ieħor li wkoll sar fl-Ingilterra jirriżulta li l-marda tal-kanċer hija l-iżjed marda li tbeżża’ lin-nies (37%). Iżjed mid-dimensja (27%), stroke ( 7%), dipressjoni (4%), mill-mard tal-qalb (4%) u mill-multiple sclerosis (2%).
Jirriżulta wkoll li 10% tal-Ingliżi
kollha, aktar jibżgħu mill-kanċer milli jibżgħu li jitilfu lil xi ħadd viċin
tagħhom u milli jmutu huma stess u milli jesperjenzaw attakk terroristiku.
No comments:
Post a Comment