![]() |
Ritratt: Adrian Delia flimkien ma' martu Nicole Vella De Fremeaux |
1.
X’kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin ġie qallek li se
jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista?
Kont kburija illi r-ragel u l-familja tagħna konna ser nieħdu pass sabiex umilment
nagħtu sehemna biex insaħħu
l-partit fl-oppożizzjoni u konsegwentement naċċertaw li fl-elezzjoni li jmiss insaħħu
d-demokrazija f'pajjiżna.
2. Kemm domt taħseb fuqha biex tajtu r-reazzjoni tiegħek?
Biex ngħidlek id-dritt domt nogħmod u għadni sal-ġurnata
tal-lum ma nafx x'laqatna.
Iva tkellimt ma' tal-familja u mal-ħbieb tal-qalb.
Naħseb illi filwaqt illi Adrian u jiena
dejjem nieħdu deċiżjonijiet bħala koppja nħoss u nemmen illi
fil-każ odjern, peress
illi Adrian ħass illi kien wasal iż-żmien
illi jsegwi l-vokazzjoni politika tiegħu (u dan speċjalment wara t-tieni telfa storika elettorali li per se
tikkostitwixxi theddida għad-demokrazija f'pajjiżna) kien jikkontesta
indipendentement mill-benedizzjoni tiegħi.
5.
Konxja li jekk isir hu Kap tal-Partit Nazzjonalista, inti
se ssir persuna pubblika jew aktar pubblika? U kif tħares lejha din?
Inħares lejha bħala sfida kbira - però naf illi kif dejjem għamilt
ser inkun l-ewwel u qabel kollox omm għal 5 uliedna li għadhom żgħar u għandhom bżonni iktar minn qatt qabel - it-tfal
l-ewwel u qabel kollox.
![]() |
Ritratt: Nicole Vella De Fremeaux |
Le ma ntihx pariri. Għandu tim
kapaċi u mimlijin enerġija. F'kull każ mill-bidu konna ftehmna illi jiena nibqa’ l-ewwel u qabel kollox (u dan indipendentament mill-ħajja politika) mara indipendenti, omm, filantropika, opinjonista u avukat.
Iebsa din - però naħseb illi li nissottometti ruħi ser
tkun impossibbli.
Dan għax bħala persuna dejjem nimxi skont dak
li nħoss huwa ġust u ekwu indipendentament mill-politika.
Dak li huwa ħażin jibqa’ ħażin filwaqt li dak li
huwa tajjeb jibqa’ tajjeb indipendentament mill-partit/individwu.
8.
Inti li ta fu
daqshekk mill-qrib, għidilna 3
karatterisitiċi pożitt ivi
li minħabba fihom għandhom jivvutawlu ?
9.
Inti li tafu daqshekk mill-qrib tista’ tgħidilna xi ħaġa li
kważi ħadd ma jaf dwaru?
Huwa romantiku għall-aħħar.
10. Iġri tgħaddi jew iġri tasal?
Il-Ġimgħa li
għadda Xarabank bagħat dawn il-mistoqsijiet lin-nisa kollha tal-kandidati li
qed jikkontestaw għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
No comments:
Post a Comment