![]() |
Ritratt: Frank Portelli flimkien ma' martu Jenny |
1. X’kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin ġie qallek li se
jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista?
Meta Frank qalli li se jikkontesta għall-Kap tal-Partit
Nazzjonalista ma kontx sorpriża għax kont naf illi kien ilu jħoss li jrid jagħmel xi ħaġa konkreta kontra
l-korruzzjoni f'pajjiżna u biex jerġa’ jgib lura dawk in-nies li għal raġuni jew oħra telqu jew ma
vvutawx għall-Partit Nazzjonalista.
2. Kemm domt taħseb fuqha biex tajtu r-reazzjoni tiegħek?
Peress li kont naf x'kien qiegħed iħoss, tajtu r-risposta mal-ewwel. Għedtlu li jekk kien qiegħed iħoss ġo qalbu li jrid imur għal din is-sejħa daqshekk diffiċli, mela jiena kont
lesta nissupportjah sal-aħħar.
3. Tkellimt ma’ xi ħaddieħor tal-familja?
Iva, tkellimna ma’ Ġorġ, it-tifel tagħna għax deċiżjoni bħal din taffettwa l-familja kollha.
4. Kieku għedtlu ‘le’ taħseb li xorta kien jikkontesta?
Le ma kienx jikkontesta għax bħalma għedt qabel, deċiżjoni bħal din taffetwa l-familja
kollha, allura kulħadd irrid jiġbed ħabel wieħed.
5. Konxja li jekk isir hu Kap tal-Partit Nazzjonalist,
inti se ssir persuna pubblika jew aktar pubblika? U kif tħares lejha din?
Ngħidlek il-verità nsibha diffiċli nemmen il-fatt
li nista’ nsir persuna pubblika għax jiena persuna li nħobb il-privatezza
tiegħi. Però la darba ħadt id-deċiżjoni li se ngħin lil Frank f’din il-kampanja, lesta naċċetta l-pubblicità wkoll.
![]() |
Ritratt: Jenny Portelli |
6. Fil-kampanja qed tagħtih xi pariri? Jeħodhom?
Jekk taqta’! Infatti jekk
jaħseb
illi l-parir huwa validu, malajr jagħmilha tiegħu u
jispicca fuq il-Facebook page
tiegħu!!
7. Jekk isir Kap tal-Partit Nazzjonalista, tħoss li inti
jkollok iżżomm ċerti ħsibijiet għalik ‘biex ma tinħoloqx sitwazzjonijiet
imbarazzanti’?
Jiena naħseb li fil-ħajja jkun hemm
sitwazzjonjiet fejn tista’ twassal il-messaġġ tiegħek b’mod diplomatiku.
8. Inti li tafu daqshekk mill-qrib, għidilna 3
karatterisitiċi pożittivi li minħabba fihom għandhom jivvutawlu?
Lealtà, integrità u onestà anki fiż-żminijiet iebsin.
Lealtà, integrità u onestà anki fiż-żminijiet iebsin.
9. Inti li tafu daqshekk mill-qrib tista’ tgħidilna xi
ħaġa li kważi ħadd ma jaf dwaru?
Dejjem xtaq ikun kaptan tal-vapur
tal-containers.
10. Iġri tgħaddi jew iġri tasal?
Jiena ma nħobbx ngħaġġel il-ħajja!
Il-Ġimgħa li għadda Xarabank bagħat dawn il-mistoqsijiet lin-nisa kollha tal-kandidati li qed jikkontestaw għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Ġimgħa li għadda Xarabank bagħat dawn il-mistoqsijiet lin-nisa kollha tal-kandidati li qed jikkontestaw għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
No comments:
Post a Comment