Illejla din l-eks soru se tirrakkonta xi ġralha f'Tough Luck
Ta' 15-il sena daħlet soru tal-Klawsura. Għamlet 31 sena magħluqa
mas-sorijiet. Ma toħroġ qatt minn hemm ġew. Sakemm ta' 46 sena ħasset
lill-Mulej jgħidilha: "It-triq tiegħek tieqaf hawn."
Xi ġralha wara li telqet mill-Klawsura ta' fuqha senduqha? Tiltaqgħu
ma' din l-eks soru llejla waqt il-programm Tough Luck. L-istorja tagħha
tkompli. Tgħid ix-xewqa sempliċi li għandha se tinqata' llejla waqt
il-programm?
Jurgen Manicolo, wieħed mill-producers ta' Tough Luck, jgħidilna
li llejla Christian Debono se jkun qed jilgħab f'Tough Luck bit-tama li
jaqta' x-xewqa li jqatta' ġurnata mal-band Tribali. Illejla niltaqgħu wkoll ma'
Daniela Micallef, xufiera ta' trakk tal-kostruzzjoni. Daniela għandha xewqa li
jkollha television kbir.
Staqsejna lil Jurgen min se jirbaħ illejla u pront weġibna
"segwu l-programm Tough Luck fuq TVM, wara l-Aħbarijiet
tat-8pm!"
No comments:
Post a Comment