Fi ftit xhur oħra għandhom jibdew id-diskussjonijiet biex f'Malta tiġi legalizzata l-ħaxixa għall-użu rikreattiv, u aħna ta' Xarabank qed inbassru 10 affarijiet li se jiġru malli l-ħaxixa ssir legali.
10. L-istess spettur li nsista li ż-żagħżguħ jeħel il-ħabs fuq abbuż mill-ħaxixa, issa beda jpejjep joint ’l hemm u ’l hawn.
9. Fil-purċissjonijiet, l-anzjani bdew joħorġu l-qsari tal-kannabis fuq il-bankina mal-qsari l-oħra.
8. Fl-Università l-KSU torganizza l-Ħaxixa Week.
7. Fuq TVM2 jibda jixxandar programm soċjo-edukattiv bl-isem "Il-Ħaxixa u Int."
6. Waqt l-Elezzjoni li jmiss il-Ministru se jkun qed iqassam hampers bil-ħaxixa fihom, bis-slogan "Vot Number 1 għall-Ministru tal-Ħaxi xa."
5. L-Arċisqof joħroġ Ittra Pastorali li fiha jagħmilha ċara li wara ċ-ċerimonja taż-żwieġ ma jistgħux jitqassmu joints fuq iz-zuntier. L-Arċisqof jgħid li jistgħu jistqassmu biss gallettini u coke.
4. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni javża lill-istudenti tas-Sixth Form li mhux permess li tiddaħħal ħaxixa minna barra fl-iskola. L-istudenti għandhom jixtru l-ħaxixa mit-tuc shop tal-iskola.
3. Id-deputat parlamentari ċaħad li raqad fil-Parlament għax kien għadu kif ħa l-ħaxixa. Huwa sostna li kien ilu ma jieħu ħaxixa mill-weekend.
2. Il-Maġistra isib lil Mary Borg ħatja li waqt Ħaxixa Party inqabdet tpejjep sigarett f'post pubbliku.
1. Mad-daqsxejn ta' party wara Xarabank, se nibdew nagħtu wkoll joints lil kull min jiġi fis-sala. (N.B. Mhux veru li din diġà qed issir bħalissa, anke jekk l-udjenza ta' Xarabank kultant ikunu jidhru stoned).
PS. B'din il-liġi, fil-Ħabs mhu se jinbidel xejn. Il-ħabsin se jibqgħu jsibu l-ħaxixa fil-Ħabs bħalma jsibuha llum.
Tad-dahk, tajba hafna. Qijed nibki bid-dahk!
ReplyDeletePriceless HAHA very good 'ministru tal haxi xa '
ReplyDelete