best deal

Thursday, 24 August 2017

Alex Perice Calascione jgħid li ma jistax isemmi ismijiet ta’ min jista’ iċedilu is-siġġu fil-Parlament.


Dan qalu waqt intervista ma' Xarabank ftit jiem qabel il-kunsilliera u t-tesserati jibdew il-proċess tal-għażla ta' Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.


Fl-intervista, Dr Perici Calascione sostna li jixtieq jikkultiva politika minn isfel għal fuq, u mhux minn fuq għal isfel, u għalhekk stqarr li ma xtaqx jikkommetti ruħu fuq proposti minn issa, għax jekk jagħmel hekk, hu stess ikun qed jiddeċiedi waħdu fuq miżuri li għad irid jieħu l-partit. Jinsisti li la hu u l-anqas il-Partit ma ghandu jiehu pozizzjoni fuq il-legalizazzjoni jew il-prostituzzjoni qabel ma jkun hemm diskussjoni infurmata.



Qal ukoll li jixtieq jagħti aktar importanza lill-volontarjat fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, b'mod li l-volontarjat isir fergħa oħra fil-partit, bħall-fergħa tal-MŻPN, il-fergħa tan-nisa, u l-bqija.

Meta mistoqsi jekk Daphne Caruana Galizia għenitx jew fiklitx lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali, Dr Perici Calascione saħaq li l-Partit Nazzjonalista għandu jissettja l-agenda hu, u mhux jistenna lil xi blogger biex tissettja l-agenda tal-partit.

Fl-intervista, Dr Perici Calascione jwieġeb ukoll dwar Franco Debono, dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis għall-użu ta' rikreazzjoni u dwar il-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni.

Din l-intervista kienet parti minn sensiela ta' intervisti li Xarabank għamel mal-erba' kontestanti għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kellna 17-il mistoqsija għal kull kandidat u tajniehom ċans 10 minuti biex iweġbuhom. Tista' tara l-intervisti l-oħra fuq il-paġna ta' Facebook ta' Xarabank jew fuq din il-website.

No comments:

Post a Comment