Il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru tibda l-ħarifa u jispiċċa s-sajf. Miegħu jkun spiċċa wkoll ir-renju għal dan is-sajf – ‘Despacito’. Despacito nistgħu ngħidu li kienet id-diska ta’ dan is-sajf. Fil-fatt f’inqas minn 6 xhur, onlajn rawha iktar minn 4.6 biljun persuna. Fonsi, il-moħħ wara din id-diska regaetton-pop qal li kulma ried huwa li n-nies jiżfnu. Għalhekk dak li ġara ma kienx b’kumbinazzjoni li Despacito hija waħda mill-aqwa singles Latini li nbiegħet fl-Istati Uniti.
Għalkemm din id-diska hija popolari, ħafna minnkom forsi dejqitkom. Fil-fatt il-Malasja, li fil-maġġoranza n-nies huma Musulmani, ipprojbixxiet din id-diska milli tindaqq fuq l-istazzjonijiet tal-istat għaliex raw li l-lirika hija offensiva.
Ma jistax jonqos li fuq is-siti soċjali ssib parodiji u vidjows oħra. Aħna sibna ftit mill-aqwa u poġġejniehom hawnhekk. Uħud minnom wisq probabbli diġà rajtuhom imma żgur li ma tiddejjaqx terġa' tarahom.
Donald
Trump? Iva anke Donald Trump -
Li
kieku kellha tkun parti mil-logħob tal-kompjuter ta’ żmien it-tmeninijiet, kienet tkun xi ħaġa hekk -
Tismagħha kull fejn tkun u kull fejn tmur -
Dan id-dentist
ŻGUR li kulħadd rah -
...Din għal min iħobb il-mużika metal -
...Din għal min iħobb il-mużika metal -
Iva, anke lil
Chuck Norris qażżet -
u din tal-aħħar
biex tiffriska -
Issa jekk għandek il-verżjoni tiegħek ibgħathielna. Jekk le baqagħlek ftit jiem oħra tismagħha żgur!
No comments:
Post a Comment