best deal

Sunday, 20 August 2017

Ben Camille u Peppi Azzopardi jbusu lil xulxin


Iva. Din ġrat vera. Mouth to mouth. Meta tkun taħseb li f'ħajtek rajt kollox, titfaċċa waħda ġdida li ssammrek u tħallik ħalqek miftuħ.

Dan mhuwiex ritratt editajt. Ben Camille u Peppi Azzopardi VERA biesu lil xulxin.

Kienet ta' bla ħsieb, imma kif jgħidu, ta' bla ħsieb jirnexxi. Ben stieden lili u lil Peppi għall-programm tiegħu Tnejn Tnejn, u meta ġie biex jintroduċi lil Peppi qal li huwa bniedem li verament jammirah u "jħobbu."

Insomma...għaddiet. Aktar tard fil-programm, waqt li konna qed nilagħbu logħba, Ben staqsieni x'ħassejt meta fuq it-televixin għamluli sfida biex inbus lil Peppi Azzopardi. Bl-onestà kollha għedtlu li għaddejt minn ħafna esperjenzi isbaħ f'ħajti, u eżatt malli għedtha, tefagħli l-bomba.

"Jiġifieri ma naħsibx li tiddejqu terġgħu tagħmluha fuq it-televixin hux?" qalilna b'daħka mqarba ta' wieħed li kien jidher li ilu jippjanaha minn filgħodu.

Ma ridtx nemmen! F'qalbi bdejt nirrealizza li se jkolli nerġa' nagħmilha. Tifhmunix ħażin. Lil Peppi nħobbu ħafna, imma l-bews nixtieq inħallih għal Mandy...u onestament ma ngħirx għaliha. Insomma, bdejt nara kif se noħroġ minnha. Imbagħad ftakart f'dak li kien qal Ben dwar Peppi fil-bidu tal-programm. U għedtlu:

"Isma, għax ma tbusux int? Fil-bidu tal-programm mhux INT għedt li tħobbu?!"

U balleċ, ma kinitx kelma. Mingħajr ma ħasbuha darbtejn, Ben u Peppi biesu lil xulxin.

Dan li għedt huwa biss FTIT mill-istorja kollha kif ġrat. Din il-bewsa, flimkien mal-programm kollu fejn konna mistedin jien u Peppi se jixxandru fuq il-programm ta' Ben Camille għada. Jiġfiieri jekk tixtieq tkun taf eżatt kif ġrat u tara din il-bewsa storika, għada t-Tnejn ibqa' se jkollok tibqa' ġewwa biex tara l-programm Tnejn Tnejn, fit-8:15pm fuq ONE.

Min-naħa tagħna, nixtiequ nirringrazzjaw lit-tim ta' In to Media li stednuna għal dan il-progamm u tawna l-filmat qabel ixxandar biex inkunu nistgħu nieħdu din is-screen grab. Ejja ngħidu li kienet esperjenza li m'aħna ħa ninsewha qatt.

No comments:

Post a Comment