best deal

Thursday, 3 August 2017

BIL-FILMAT: "Ħaduli l-parking u qlajt ċitazzjoni"


Christian kull filgħodu jwassal lil ibnu ċ-childcare. Jum minnhom meta jasal fuq il-post fejn kien ir-reserved parking għall-ġenituri jsib krejn u ebda alternattiva għall-parkeġġ.



"Hemmhekk perikoluż ħafna biex taqsam bi tfal żgħar bil-karozzi ġejjin minn kull naħa." Hu qalilna wkoll li jum minnhom ħalla l-karozza quddiem iċ-childcare centre tat-tfal u sab ċitazzjoni. "Fejn riedni nipparkja l-warden jekk serqulna l-parkeġġ bla avviż? Tafu li hawn lanqas zebra crossing sura m'hawn viċin l-iskola?"





Kompla jgħidilna illi hu pprova jkellem lill-Kunsill ta' Pembroke, il-Bord tal-LESA u anke lil tal-MTA, però għalxejn.

Huwa jikkonkludi billi jgħidilna illi ċ-ċitazzjoni m'għandux problema jħallasha, però l-warden għandu jkun konsistenti mhux meta jfettilu jiġi fuq il-post jagħti ċ-ċitazzjonijiet u jixtieq li jsiru ż-zebra crossing  illum qabel għada.

1 comment: