best deal

Tuesday, 29 August 2017

Bil-filmat - Ara x'ġara meta omm ħalliet lit-tifla tagħha fil-karozza.



Afgħas hawn taħt u ara x'ġara meta omm ħalliet lil binta fil-karozza waqt li ħarġet qadja ta' malajr ġewwa ħanut quddiem fejn ipparkjat il-karozza.









Din li qed tara fil-filmat hija Malak Geriwa, tifla ta' sitt snin. Dan il-filmat ħaditu hi waqt li ommha daħlet tagħmel qadja ta' malajr ġo ħanut. Romina Geriwa, omm it-tifla, ħallietilha l-arja kkundizzjonata ħabba lis-sħana u Malak mhux talli ma bdietx tiddejjaq tistenna talli xelgħet ir-radio u qabdet tkanta waqt li tieħu l-filmat bil-mobile t'ommha. Ommha qaltilna li meta waslet lura mill-ħanut Malak kienet diġa' waqfet tiġbed il-filmat. Romina indunat b'dan kollu wara xi erbat ijiem. Dan għaliex waqt li kienet qed tqalleb fir-ritratti tal-mobile, sabet il-filmat sħiħ tat-tifla tagħha, għaddejja tqalleb id-diski, tkanta, tiżfen u tinterpreta d-diski. Għal dan ommha tefgħet il-filmat fuq Facebook u kitbet 'Qbadtek'.



No comments:

Post a Comment