best deal

Tuesday, 22 August 2017

Bil-Filmat: Bocelli jgħid li t-tenur favorit tiegħu huwa Joseph Calleja



Nhar is-Sibt li għadda sar il-kunċert annwali ta' Joseph Calleja fuq il-fosos tal-Furjana; din id-darba flimkien ma' Andrea Bocelli. Waqt il-kunċert Bocelli stqarr li Joseph Calleja hu t-tenur favorit tiegħu.


Ħafna kienu inkwetati li Bocelli jista' jkun ma jattendix għas-serata minħabba li ftit tal-jiem qabel kien marid tant li ħassar xi kunċerti oħra li kellu skedati.

Iżda b'xorti tajba, nhar is-Sibt li għadda Bocelli kien f'saħħtu u flimkien ma' Calleja u artisti oħrajn tella' kunċert mill-isbaħ.

Dis-sena il-kunċert kien ukoll ċelebrazzjoni f'għeluq l-20 sena minn meta Joseph Calleja ddebuta għall-ewwel darba f'din l-industrija.

Artisti oħrajn li wkoll kienu parti minn dan il-kunċert huma Destiny Chukunyere, is-sopran Gillian Zammit, il-bass baritone minn Wales Sir Bryn Terfel, u l-mezzo sopran Marvic Monreal, li hija tfajla ta' 25 sena li qed tistudja u taħdem fl-opra barra minn Malta.

Dawn l-artisti kienu lkoll assisti mill-Malta philharmonic orchestra taħt id-direzzjoni tal-Maestro Eugene Kohn u mill-BOV Joseph Calleja children's choir.

Tista' tara ftit mill-aqwa mumenti fil-filmat t'hawn taħt:



No comments:

Post a Comment