best deal

Thursday, 17 August 2017

BIL-FILMAT: Dawn huma xi waqtiet mill-funeral ta' Karmenu Ellul il-Balaj


Ilbieraħ waranofsinhar ngħatat l-aħħar tislima lil Karmenu Ellul, magħruf aktar bħala l-Balaj. Fil-funeral kien imdawwar minn dawk kollha li ħabb u ħabbewh matul ħajtu, jiġifieri l-familjari u l-ħbieb intimi tiegħu u ż-żwiemel li tant kien iħobb.

Aħna morna l-funeral u dawn ta' hawn taħt huwa xi ftit mumenti minn dak li ġara lbieraħ.

Karmenu kellu 72 u miet għax ittajjar minn karozza waqt li kien qed jaqsam it-triq ta' Aldo Moro, il-Marsa, nhar is-Sibt li għadda. Dik il-ġurnata kienet waħda kerha ħafna fit-toroq tagħna, għaliex fiha ġraw ammont kbir ta' inċidenti. Dakinhar, f'temp ta' 18-il siegħa ġraw 3 inċidenti tat-traffiku li ħallew 3 persuni mejta. Wieħed minnhom kien il-Balaj.


Fuq Facebook mijiet kienu dawk in-nies li wrew sogħba kbira għall-mewt tal-Balaj u diversi personalitajiet u persuni magħrufa oħra minn kull qasam tal-ħajja tkellmu dwar il-qalb tajba tiegħu.

Dakinhar stess li miet, aħna tkellimna ma' ibnu, Joe Ellul, li b'qalbu maqsuma qalilna li din is-sena wkoll, 8 xhur ilu biss, tilef lil ommu. Joe kien irrakkonta li sal-lejl ta' qabel, jiġifieri sa ftit sigħat biss qabel seħħ l-inċident, hu u missieru kienu reqdin ħdejn xulxin. Tista' taqra x'kien qalilna hawn.

Il-funeral sar ilbieraħ fil-Knisja ta' Marija Reġina, il-Marsa, u kien funeral differenti ħafna mis-soltu, għaliex in-nies kollha ġew bil-karozzini u t-tebut ta' Karmenu nġarr f'karozzella tal-mejtin miġbuda miż-żwiemel li tant kien iħobb.

Filmat u muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud

No comments:

Post a Comment