best deal

Wednesday, 23 August 2017

BIL-FILMAT: Id-Danusan u oħrajn għal fost il-fqar fiż-Żambja



Ftit tal-ħin ieħor, Daniel ta' Danusan, Angie Laus u oħrajn se jaqbdu titjira lejn iż-Żambja sabiex imorru jagħmlu xogħol volontarju.

Aħna tkellimna  ma' Daniel Chircop u qalilna li l-għan tagħhom hu li jibnu skola fiż-Żambja. B'hekk illum se jitilgħu f'dan il-pajjiż fqir sabiex jibdew bil-ħidma tagħhom.

Daniel qalilna li għandhom hemmekk sal-bidu ta' Settembru. Il-fondi biex dan il-proġett ikun jista' jseħħ inġabru permezz ta' fundraising activities li saru f'dawn l-aħħar xhur mill-personalitijet li qed jipparteċipaw.

Il-personalijiet li se jkunu qed iwettqu ix-xogħol volontarju fiż-Żambja huma Angie Laus, Artur Caruana, Ivan Gaffiero, is-sopran Claire Ghigo, u Steph Hili. Magħhom ingħaqad ukoll xufier tal-linja, Stephen, li ġie magħżul minn fost il-ħaddiema tal-Malta Public Transport sabiex jingħaqad mal-imsemmija personalitajiet għal din l-esperjenza.

Sander u l-preżentatur Mark Caruana diġa' qegħdin fiż-Żambja u qed jistennew lil Daniel u lill-parteċipanti kollha jitilgħu jingħaqdu magħhom fis-sigħat li ġejjin.

Ara l-filmat li bagħtulna ftit tal-ħin ilu, waqt li kienu fi triqthom lejn l-ajruport:



Ix-xogħol li se jkun qed isir fiż-Żambja se jkun qed jintwera fuq il-programm il-Proġett li se jibda jixxandar minn Ġunju li ġej fuq TVM.

Daniel u Sander qegħdin jipproduċu dan il-programm, filwaqt li Mark Caruana se jkun qed jippreżenta, bħas-snin li għaddew.



No comments:

Post a Comment