best deal

Friday, 4 August 2017

BIL-FILMAT: "Kieku nerġa' nitwieled mill-ġdid, nerġa' nidħol soru" - Eks Soru


Din Phyllis Cassar. Ta' 16-il sena tidħol soru tal-klawsura u toħroġ wara 30 sena.

Phyllis taqsam magħna l-esperjenza li waslitha biex tidħol soru: "Qabel ma kelli s-sejħa li nidħol soru, kont immur il-mużew. Hemmhekk ħassejt li l-Mulej irid jeħodni f'triq oħra biex ningħaqad iktar miegħu. U mill-bank tal-iskola, dħalt soru tal-klawsura."


30 sena wara, Phyllis tieħu d-deċiżjoni li toħroġ minn soru tal-klawsura: "Qabel ma ħadt id-deċiżjoni tiegħi, jien tlabt lill-Mulej, urini u tkellimt mad-direttur spirtwali." 

Toħroġ mill-kuvent u taffaċċja dinja differenti: "Qabel ma ħriġt mill-kuvent, għamlit tliet xhur barra. Matulhom rajt kif id-dinja nbidlet minn meta kelli 16-il sena. Ħassejtni imbarazzata naffaċċja din id-dinja u xtaqt li ma noħroġx mill-ħajja tal-kunvent. Xtaqt li bqajt hemm ġew imma l-Mulej ma ridnix."

Tistqarr li l-ħajja tal-klawsura hija waħda differenti: "Bħala soru kont mogħtija għal Alla, fejn la tara u lanqas tisma' x'hemm hemm barra. Kienu jiġu nies bil-problemi tagħhom imma dawn kienu jibqgħu barra, u fil-kuvent kulma stajna nagħmlu hu li nitolbu għalihom." 


Mal-aħbar li toħroġ minn soru, il-familjari u s-sorijiet jibqgħu sorpriżi: "Ma bassrux li jiena se nħalli l-ħajja reliġjuża. Meta dħalt soru kont għedtilhom li jiena se nidħol u mhux se nerġa' noħroġ. Imma diżgrazzjatament Alla qalli biex nieħu dak il-pass ma xtaqtx nagħmlu. Kieku nerġa' nitwieled mill-ġdid, nerġa' nidħol soru."


Ittemm billi taqsam magħna d-dispjaċir li tħalli lis-sorijiet l-oħra: "Jiddispjaċini li ħallejt lil ħuti warajja. Għalija huma ħuti għaliex huma rabbewni ta' sittax-il sena. Għadni mmur narahom sal-lum, nixtrilhom u naqdihom. Dawk huma ħuti għalija, għaliex għandi nirrifjutahom?"

Ara l-intervista sħiħa li xxandret f'Tough Luck, it-Tnejn li għadda:



No comments:

Post a Comment