best deal

Friday, 18 August 2017

BIL-FILMAT: Minn footballer tal-Manchester United għal patri


"Bħala patri jkollu tentazzjonijiet ta' nisa?"


Jismu Philip Mulryne. Kien footballer tajjeb ħafna. Internazzjonali. Għamel sitt snin jilgħab mal-Manchester United. Kien jgħix ta' sinjurun. Kellu Ferrari. Min-nisa ma kienx nieqes lanqas. U għaġġeb lil sħabu xħin qalilhom li se jitlaq kollox għax ried jagħti ħajtu għal Alla. Daħal Patri Dumnikan. Li tfisser li issa assolutament ma għandu xejn, lanqas ċenteżmu tiegħu. Xejn. "Kelli ħolma li jkolli Ferrari. Xtrajtha. Wara xahrejn xbajt minnha u ridt xi ħaġa oħra. Illum għandi lil Alla f'ħajti u minn Alla ma tixba' qatt." Illum se jkun qed jaħdem ġo skola b'900 student. Waqt li tkellimna miegħu fakkarna ħafna f'Fr Hillary li bħala patri uża l-isport biex iwassal lil Ġesù Kristu. Fr Philip hekk jidher li se jagħmel.




Kitba: Mandy Micallef Grimaud
Filmat u muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud

No comments:

Post a Comment