Il-preżentatur Deo Grech bħalissa jinsab f'Barċellona fuq btala u jinsab 10 minuti biss 'il bogħod minn fejn seħħ l-attakk li ftit ħin ilu ħalla mill-inqas persuna mejta u ħafna oħrajn midruba.
Ma' Xarabank Deo jispjega li kienet kumbinazzjoni kbira li hu u sieħbu Adrian Spiteri ddeċidew li llum ma jmorrux f'Las Ramblas fejn seħħ l-attakk.
"Hija kumbinazzjoni kbira ħafna. Ninsab tajjeb imma biex inkun onest ixxukkjat ħafna meta naf li dan l-inċident seħħ 10 minuti 'l bogħod minn fejn qiegħed jiena," jistqarr Deo. Iżid jgħid li qatt ma għadda minn esperjenza bħal din.
"Hija kumbinazzjoni kbira ħafna. Ninsab tajjeb imma biex inkun onest ixxukkjat ħafna meta naf li dan l-inċident seħħ 10 minuti 'l bogħod minn fejn qiegħed jiena," jistqarr Deo. Iżid jgħid li qatt ma għadda minn esperjenza bħal din.
"Sirna nafu għaliex ċemplulna minn Malta biex jaraw kif aħna. Imbagħad morna niġru lejn il-lukanda u dħalna niċċekkjaw x'qed jiġri minn fuq Facebook u minn fuq il-mezzi tal-aħbarijiet," jispjegalna Deo.
![]() |
Il-post li tella' Deo Grech fuq Facebook |
Deo jgħid li baqa' sorpriż li dan l-attakk seħħ f'Las Ramblas: "Skantajt kif seħħ hemmhekk għax Las Ramblas huwa l-iktar post f'Barċellona li jkun hemm ammont kbir ta' pulizija."
Jispjegalna l-atmosfera t'hemmhekk: "Bħalissa ħlief sireni u ħelikopters mhux nisimgħu. Filli kien hawn atmosfera rilassanti u filli nqelbet għal waħda allarmati ħafna."
Però din l-esperjenza mhux se twaqqaf lil Deo milli jmur safra oħra: "Nirringrazzja lill-Mulej li ma ġratx lili u nitolb għall-oħrajn li ndarbu. Però din l-esperjenza mhux se żżommni milli mmur safra oħra." Jgħidilna li filwaqt li tal-familja saru jibżgħu meta jsiefer minħabba dan it-terroriżmu, l-unika ħaġa li jiddejjaq jagħmel meta jkun imsiefer hi li jirkeb l-metro minħabba li jkun taħt l-art u fih ikun hemm ħafna nies.
No comments:
Post a Comment