best deal

Tuesday, 1 August 2017

Clint jaqleb għall-aħjar u jgħammed lil bintu Emma




L-istorja ta' Clint Abel Wedge issa jafuha ħafna nies.


Meta kellu sittax-il sena kellu kanċer aggressiv. 
It-tobba kienu qalulu li aħjar jekk iżomm l-isperma ġo bank minħabba li bil-kimoterapija ma setax ikollu tfal. 
Ifiq kompletament mill-kanċer.
Jiltaqa' ma' Maryrose u jiżżewġu.
Ikollhom tarbija u jsemmuha Emma.
Tliet xhur wara li twieldet, Clint jerġa' jaqbdu kanċer ieħor.

Fuq Xarabank.com.mt konna għednielkom li Clint kellu jagħmel operazzjoni serja li damet 4 sigħat. Illum aħna tkellimna ma' Clint u nistgħu ngħidu li Clint iħossu ħafna aħjar, ħareġ mill-isptar u qed jistenna r-riżultati mediċi.

Nhar il-Ħadd li għadda Clint u Maryrose għammdu lil binthom Emma.

                   
Tkellimna ma' Clint li qalilna li dan kien mument ta' ferħ għalih u għal martu. Staqsejnieh jekk qabel l-operazzjoni kienx iddedika xi talba speċjali. Clint wieġeb hekk: "Il-qaddisin tiegħi huma ħajjin u nsibhom f'Puttinu. Kif ħriġt mill-operazzjoni sibt lil Puttinu illi ilhom isegwuni minn meta kelli 16-il sena."

Clint ħerqan ħafna li jerġa' jibda jservi lill-klijenti tiegħu bħala hairdresser nhar il-Ħamis li ġej (3 ta' Awwissu).                     

3 comments: