Clint jinsab imweġġa' ħafna b'diska Maltija li nħarġet riċentament. Id-diska titkellem dwar l-iffriżar tal-embrijuni fil-proċess tal-IVF. Clint qalilna li hu ddiżappuntat għax permezz ta' din id-diska qed jitwassal messaġġ qarrieq.
"Id-diska tant iddiżgustanti li qas flaħt nismagħha kollha. Qed jagħmlu promotion ta' xi ħaġa li mhijiex minnha. Użaw stampi ta' fetu mqabbad mal-ġuf tal-omm. Qed ipoġġu stampa li m'għandha x'taqsam xejn", qalilna Clint.
Clint għadda mill-kanċer għall-ewwel darba fl-età ta' 15-il sena, u waħda mill-konsegwenzi tal-marda kienet l-infertilità. B'hekk dak iż-żmien lil Clint kienu refgħulu l-isperma tiegħu ġo sperm bank biex meta jkun jixtieq isir missier jagħmel l-IVF u x-xewqa tiegħu ssir realta'.
Ftit tax-xhur ilu Clint u MaryRose saru ġenituri għall-ewwel darba, wara li għaddew mill-process tal-IVF.
"Kieku dak iż-żmien ma ffriżawlix l-isperma u kieku ma kienx jeżisti l-IVF jien u MaryRose ma kienx se jkollna lil Emma", jgħid Clint.
Clint żied jgħidilna, "Meta jsir l-iffriżar tal-embrijuni, qed nitkellmu fuq żewġ ċelloli u mhux fuq fetu bħall-istampa li użaw fil-vidjow tad-diska. Jekk iridu jwasslu messaġġ, jwassluh in the right way għax dan huwa gideb sfaċċat."
Diska tal misthija
ReplyDeleteX'pastaza ta diska! Unbelievable...
ReplyDelete