L-eksboxer Bertu Camilleri, li llum il-ġurnata għandu 73 sena, għadu jittrenja l-gym regolari.
Bertu jagħmel madwar siegħa ta' taħriġ 4 darbiet fil-ġimgħa. Huwa jirrakkontalna li meta kien għad għandu 19-il sena ra l-ewwel ġlieda tal-boxing f'Malta u minn hemm ġietu l-ħajra li jibda jittrenja għal din id-dixxiplina.
Bertu jgħidilna kif lil ommu u lil missieru ma kien qalilhom b'xejn għax dawn kienu jibżgħu ħafna mill-ġlied. Allura kien iqum kmieni u bil-moħbi jmur jittrenja qabel ix-xogħol. Jgħaddu 4 snin u fl-1966 Bertu jsir iċ-champion tal-boxing f'Malta. Bertu jirnexxielu jibqa' champion għal 3 snin. Bertu rnexxielu jibqa' l-main attraction tal-boxing f'Malta għal 20 sena sħaħ.
Jgħaddi ż-żmien u Bertu jiftaħ wieħed mill-ewwel gyms f'Malta. Huwa jirrakkonta kif kulħadd kien jgħidlu li mhux ħa jkun ta' suċċess għax Malta ma konniex mdorrija nittrenjaw regolari. Iżda Bertu kellu passjoni kbira għall-eżerċizzju u daħħalha f'moħħu li kien ha jirnexxi, kif fil-fatt ġara. Illum il-ġurnata Bertu għandu wieħed mill-aktar gyms mgħammra f'Malta.
Ftit żmien wara li fetaħ il-gym Bertu jiltaqa' mal-maħbuba ta' ħajtu fil-gym stess. Hu jgħidilna kif ftit kienu n-nisa li kienu jmorru l-gym dak iż-żmien imma inzerta li Rita kienet waħda minn dawk il-ftit.
Jgħaddi ftit taż-żmien u Rita u Bertu jiżżewġu. Issa mhux Bertu biss kellu passjoni għall-gym iżda anke martu. Infatti flimkien iddeċidew li jiftħu gym ieħor għan-nisa biss biex iħossuhom iktar komdi jittrenjaw. Bertu u Rita jkollom żewġt ibniet li llum il-ġurnata t-tnejn li huma gradwati; il-kbira avukata u ż-żgħira social worker.
Bertu kien ġie magħżul biex jittrenja l-boxing lil Ira Losco sabiex toħroġ il-vidjow il-ġdid tagħha Haunted by Love. Bertu kien għamilha ta' kowċ u trejner personali ta' Ira Losco, fejn wassalha għall-ewwel ġlieda uffiċjali tagħha fuq ir-ring.
No comments:
Post a Comment