best deal

Friday, 18 August 2017

Għaġġlu applikaw għax jumejn oħra ikun tard wisq


Kont taf li l-Gvern Malti għadu kif irċieva 10 boroż ta' studju ġodda mill-Università Amerikana ta' Malta (AUM), li jammontaw għal aktar minn €300,000?

Dawn, il-Gvern se joffrihom lill-istudenti f'Malta biex joħolqu aktar opportunitajiet għall-istudenti li għadhom ma ggradwawx. 

L-istudenti li jirċievu l-borża ta' studju se jidħlu fl-ewwel parti tal-binja li se tkun lesta f’Settembru li ġej f’Bormla. Dawn l-10 boroż ta' studju jkopru tliet korsijiet mifruxa fuq 4 snin li huma 'Bachelor of Science in Accounting', ' Bachelor of Science in Business Administration' u 'Bachelor of Science in Game Development.'

Il-Gvern ser jipprovdi wkoll stipendji lill-għaxar studenti mogħtija l-boroż ta' studju.

Jekk imħajjar, għaġġel għax l-applikazzjonijiet għal dawn il-boroż ta' studju huma miftuħa sal-20 ta' Awwissu 2017.

Għal aktar informazzjoni, agħmel kuntatt fuq scholarships.aum@gov.mt

No comments:

Post a Comment