Minhabba l-Urugan li
ghaddej f’Texas, f’din id-Dar ta’ l-Anzjani
“La vita Bella” beda dieħel ħafna ilma u beda jkaxkar lil anzjani,
l-istaff u l-għamara b’kollox. L-ilma beda dieħel
mil-bibien u f’temp ta ħmistax il-minuta l-ilma tela’ m’għola metru.. Ħafna mil-affarijiet bdew jiflowtjaw
fl-ilma filwaqt li uħud mil-anzjani ppruvaw jgħinu lil xulxin kif setgħu. Uħud
kienu fis-sodda morda ‘ma jistgħux jiċċaqalqu”
Mill-ewwel l -istaff ċemplu 911 iżda tan 911 qalulhom li minħabba dan l-Urugan, ma
setgħux jaslu fid-Dar ta’ l-Anzjani.
Kien hawnhekk li anzjana
minnhom ħadet ritratt bil-mobile tagħha u ta' l-oħrajn fl-ilma (li baqa dejjem
tiela) u bagħtitu lit-tifla tagħha.
It-tifla ta’ din l-anzjana , kif
irċevietu, tefgħat ir-ritratt fuq
facebook u talbet għall-għajnuna. F’daqqa waħda bdiet ġejja l-għajnuna minn
kullimkien , min nies fil viċin li setgħu jaslu hemm. U l-anzjani u l-istaff ġew salvati.
Il-Maltempata tropikali bl-isem ta’ Harvey qed tolqot l-Istati Uniti. Hija maltempata kbira li aħna hawn Malta ma nistgħux nimmaġinawha.
Jghidilna Peppi Azzopardi li snin ilu kien inqabad f’Urugan
imsejjah Francis.
“Niftakar konna l-Amerika u ġejna biex niġu lura u beda ġej maltemp inkredibbli. Tal-lukanda laqqgħuna u qalulna li ħadd ma seta
jiċċaqlaq minn hemm ġew. Aħna kellna nibqgħu hemm ġimgħa extra. Niftakar jien,
għax ma kontx naf, kont abbużajt ftit u ħrigt. Kont se mmut. Ir-riħ itajrek u
jsabtek. Kelli inżomm mal-ħitan waqt li
quddiemi ir-riħ beda jaqla il-bankijiet mill-art. Pulizija li kienu faċċata bdew
jgħajtu biex nidhol il-ġewwa u li kieku setgħu jiġu ħdejja kienu jarrestawni.
Għax l-ordni kienet li ħadd ma joħrog jekk ma jkunx evakwat ħabba li fejn ikun
qed joqgħod ikun ta periklu”
Bħalissa hemm urugan li mid dehra huwa iktar
b’saħħtu minn dak li kien fih Peppi mal-familja tiegħu. Is-servizzi ta
'emerġenza ta' Houston irċevew kważi 6,000 talba għal salvataġġ. Il-gwardja
tal-kosta qalet li kienet salvat 1,200 ruħ, li minnhom 200 kienu mill-ajru.
Waqt dan l-istess
uragan reporter li kienet qed tirraporta d-diżastru live min ġot toroq,
spiċċat
issalva raġel maqbud ġo truck.
L-uffiċjali jgħidu li din hija l-akbar maltempata fl-istorja tal-istat ta 'Texas. Rekord 75cm ta 'xita waqa
fuq il-belt ta 'Houston, li dawwar toroq fi xmajjar.
Dan l-uragan qed jiġi
mqabbel mal-uragan Katrina li seħħ 2005 u skont id-direttut ta’ l-emerġenza kif tispicca
il-maltempata iridu is-snin biex il-pajjiż jirnexxielu jirkupra min dan
d-diżastru.
Peppi jirrakonta li
minhabba l-urugan , f’dik il-Ġimgha żejda li għamlu magħluqin fil-kamra , kellu
jħassar diversi appuntamenti. “ Wiehed mill-appuntamenti b’kumbinazzjoni kien
mal-Ministru Francis Zammit Dimech. Niftakar l-Indpendent kienet għamlet titolu “Francis keeps Peppi away from Francis.
No comments:
Post a Comment